keyboard_tab Digital Governance Act 2022/0868 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
- 1 Artikolu 26 Rekwiżiti relatati mal-awtoritajiet kompetenti
- 1 Artikolu 34 Pieni
KAPITOLU I
Dispożizzjonijiet Ġenerali
KAPITOLU II
L-użu mill-ġdid ta’ ċerti kategoriji ta’ data protetta miżmuma minn korpi tas-settur pubbliku
KAPITOLU III
Rekwiżiti applikabbli għas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data
KAPITOLU IV
Altruwiżmu fir-rigward tad-data
KAPITOLU V
Awtoritajiet kompetenti u dispożizzjonijiet proċedurali
KAPITOLU VI
Bord Ewropew għall-Innovazzjoni fil-Qasam tad-Data
Kapitolu VII
Aċċess u trasferiment internazzjonali
KAPITOLU VIII
Proċedura ta’ delega u ta’ kumitat
KAPITOLU IX
Dispożizzjonijiet finali U TRANżIZZJONALI
- tad-data 60
- kompetenti 46
- ta’ 45
- intermedjazzjoni 30
- fir-rigward 29
- tal-altruwiżmu 29
- għar-reġistrazzjoni 23
- tal-organizzazzjonijiet 22
- għas-servizzi 22
- għandhom 18
- l-awtoritajiet 18
- awtorità 12
- tagħhom 11
- tas-servizzi 9
- kwalunkwe 8
- l-awtoritajiet 8
- skont 8
- dawk 8
- membri 8
- biex 7
- meħtieġa 7
- huma 6
- l-kompiti 6
- dwar 6
- tal-awtoritajiet 6
- rikonoxxuta 6
- minn 6
- għal 5
- servizzi 5
- ikunu 5
- l-informazzjoni 4
- il-maniġment 4
- assenjati 4
- il-kunfidenzjalità 4
- fl-ogħla 4
- livell 4
- lilhom 4
- l-persunal 4
- fejn 4
- iwettqu 4
- l-artikolu 4
- waħda 4
- oħra 4
- l-istati 4
- l-użu 4
- jistgħu 4
- personali 3
- dewmien 3
- ir-regolament 3
- mingħajr 3
Artikolu 26
Rekwiżiti relatati mal-awtoritajiet kompetenti
1. L-awtoritajiet kompetenti għas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data u l-awtoritajiet kompetenti għar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data għandhom ikunu legalment distinti u funzjonalment indipendenti minn kwalunkwe fornitur ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data jew organizzazzjoni rikonoxxuta tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data. Il-funzjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti għas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data u l-awtoritajiet kompetenti għar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data jistgħu jitwettqu mill-istess awtorità. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu awtorità ġdida waħda jew aktar għal dawk il-finijiet jew iserrħu fuq dawk eżistenti.
2. L-awtoritajiet kompetenti għas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data u l-awtoritajiet kompetenti għar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data għandhom jeżerċitaw il-kompiti tagħhom b’mod imparzjali, trasparenti, konsistenti, affidabbli u f’waqtu. Meta jwettqu l-kompiti tagħhom, huma għandhom jissalvagwardjaw il-kompetizzjoni ġusta u n-nondiskriminazzjoni.
3. Il-maniġment fl-ogħla livell u l-persunal responsabbli għat-twettiq tal-kompiti rilevanti tal-awtoritajiet kompetenti għas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data u l-awtoritajiet kompetenti għar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data ma jistgħux ikunu d-disinjatur, il-manifattur, il-fornitur, l-installatur, ix-xerrej, is-sid, l-utent jew il-persuna li twettaq il-manutenzjoni tas-servizzi li huma jevalwaw, lanqas ir-rappreżentant awtorizzat ta’ xi waħda minn dawk il-partijiet. Dan ma għandux jipprekludi l-użu tas-servizzi evalwati li huma meħtieġa għall-operazzjonijiet tal-awtorità kompetenti għas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data u l-awtoritajiet kompetenti għar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data jew l-użu ta’ tali servizzi għal skopijiet personali.
4. Il-maniġment fl-ogħla livell u l-persunal tal-awtoritajiet kompetenti għas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data u l-awtoritajiet kompetenti għar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data ma għandhom jinvolvu ruħhom f’ebda attività li tista’ tkun f’kunflitt mal-indipendenza tal-ġudizzju jew l-integrità tagħhom b’rabta mal-attivitajiet ta’ evalwazzjoni assenjati lilhom.
5. L-awtoritajiet kompetenti għas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data u l-awtoritajiet kompetenti għar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data għandu jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom ir-riżorsi finanzjarji u umani adegwati biex iwettqu l-kompiti assenjati lilhom, inklużi l-għarfien u r-riżorsi tekniċi meħtieġa.
6. L-awtoritajiet kompetenti għas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data u l-awtoritajiet kompetenti għar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data ta’ Stat Membru għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti għas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data u l-awtoritajiet kompetenti għar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data minn Stati Membri oħra, fuq talba motivata u mingħajr dewmien, l-informazzjoni meħtieġa biex iwettqu l-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament. Fejn awtorità kompetenti għas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data jew awtorità kompetenti għar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data tqis li l-informazzjoni mitluba hija kunfidenzjali skont il-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità kummerċjali u professjonali, il-Kummissjoni u kwalunkwe awtorità kompetenti oħra għas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data jew awtorità kompetenti għar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data kkonċernata għandhom jiżguraw dik il-kunfidenzjalità.

Artikolu 34
Pieni
1. L-Istati Membri għandhom jistipulaw ir-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tal-obbligi rigward it-trasferimenti ta’ data mhux personali lil pajjiżi terzi skont l-Artikolu 5(14) u l-Artikolu 31, l-obbligu ta’ notifika tal-fornituri tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data li jinnotifikaw skont l-Artikolu 11, il-kondizzjonijiet biex jiġu pprovduti servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data skont l-Artikolu 12, u l-kondizzjonijiet għar-reġistrazzjoni bħala organizzazzjoni rikonoxxuta tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data skont l-Artikoli 18, 20, 21 u 21 u għadhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Fir-regoli tagħhom dwar il-pieni, l-Istati Membri għandhom iqisu r-rakkomandazzjonijiet tal-Bord Ewropew għall-Innovazzjoni fil-Qasam tad-Data. Sal-24 ta’ Settembru 2023, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk ir-regoli u dwar dawk il-miżuri u għandhom jinnotifikawha, mingħajr dewmien, bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.
2. L-Istati Membri għandhom iqisu l-kriterji mhux eżawrjenti u indikattivi li ġejjin għall-impożizzjoni ta’ pieni fuq fornituri tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data u organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data għal ksur ta’ dan ir-Regolament, fejn xieraq:
(a) | in-natura, il-gravità, l-iskala u t-tul ta’ żmien tal-ksur; |
(b) | kwalunkwe azzjoni meħuda mill-fornitur tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data jew l-organizzazzjoni rikonoxxuta tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data biex jiġi mmitigat jew rimedjat id-dannu kkawżat mill-ksur; |
(c) | kwalunkwe ksur preċedenti mill-fornitur tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data jew l-organizzazzjoni rikonoxxuta tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data; |
(d) | il-benefiċċji finanzjarji miksuba jew it-telf evitat mill-fornitur tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data jew l-organizzazzjoni rikonoxxuta tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data minħabba l-ksur, sa fejn tali benefiċċji jew telf ikun jista’ jiġi stabbilit b’mod affidabbli; |
(e) | kwalunkwe fattur aggravanti jew mitiganti ieħor applikabbli għaċ-ċirkostanzi tal-każ. |
whereas