keyboard_tab Digital Governance Act 2022/0868 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
- 1 Artikolu 9 Proċedura għal talbiet għall-użu mill-ġdid
- 1 Artikolu 32 Eżerċizzju tad-delega
KAPITOLU I
Dispożizzjonijiet Ġenerali
KAPITOLU II
L-użu mill-ġdid ta’ ċerti kategoriji ta’ data protetta miżmuma minn korpi tas-settur pubbliku
KAPITOLU III
Rekwiżiti applikabbli għas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data
KAPITOLU IV
Altruwiżmu fir-rigward tad-data
KAPITOLU V
Awtoritajiet kompetenti u dispożizzjonijiet proċedurali
KAPITOLU VI
Bord Ewropew għall-Innovazzjoni fil-Qasam tad-Data
Kapitolu VII
Aċċess u trasferiment internazzjonali
KAPITOLU VIII
Proċedura ta’ delega u ta’ kumitat
KAPITOLU IX
Dispożizzjonijiet finali U TRANżIZZJONALI
- ta’ 24
- kompetenti 10
- fl-artikolu 8
- msemmija 8
- il-korpi 8
- nazzjonali 8
- għandu 8
- żmien 8
- minn 7
- il-korp 6
- l-awtorità 6
- ewropew 6
- mill-ġdid 6
- tas-settur 6
- pubbliku 6
- għandha 5
- deċiżjoni 5
- aktar 5
- jiġi 5
- għal 5
- xahrejn 4
- l-artikolu 4
- bħal 4
- delegat 4
- jista’ 4
- għandhom 4
- il-perjodu 4
- dritt 4
- rimedju 4
- rilevanti 4
- għall-użu 4
- talbiet 4
- jkunu 3
- jkun 3
- f’konformità 3
- membru 3
- artikolu 3
- estiż 3
- lill-kummissjoni 3
- skont 3
- dwar 3
- atti 2
- lill-parlament 2
- superviżorja 2
- għad-dokumenti 2
- għall-aċċess 2
- tal-kompetizzjoni 2
- il-kummissjoni 2
- pereżempju 2
- lill-kunsill 2
Artikolu 9
Proċedura għal talbiet għall-użu mill-ġdid
1. Sakemm ma jkunux ġew stabbiliti limiti ta’ żmien iqsar skont il-liġi nazzjonali il-korpi kompetenti tas-settur pubbliku jew il-korpi kompetenti msemmija fl-Artikolu 7(1) għandhom jadottaw deċiżjoni dwar it-talba għall-użu mill-ġdid tal-kategoriji ta’ data msemmija fl-Artikolu 3(1) fi żmien xahrejn mid-data tal-wasla tat-talba.
F’każ ta’ talbiet għal użu mill-ġdid eċċezzjonalment estensivi u kumplessi, dan il-perjodu ta’ xahrejn jista’ jiġi estiż b’mhux aktar minn 30 jum. F’każijiet bħal dawn il-korpi kompetenti tas-settur pubbliku jew il-korpi kompetenti msemmija fl-Artikolu 7(1) għandhom jinnotifikaw l-applikant malajr kemm jista’ jkun li huwa meħtieġ aktar żmien biex titmexxa l-proċedura, flimkien mar-raġunijiet għad-dewmien.
2. Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika affettwata direttament minn deċiżjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkollha dritt effettiv ta’ rimedju fl-Istat Membru fejn ikun jinsab il-korp rilevanti. It-tali dritt ta’ rimedju għandu jiġi stabbilit fil-liġi nazzjonali u għandu jinkludi l-possibbiltà ta’ rieżami minn korp imparzjali bl-għarfien espert xieraq, bħal pereżempju l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni, l-awtorità rilevanti għall-aċċess għad-dokumenti, l-awtorità superviżorja stabbilita f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679, jew awtorità ġudizzjarja nazzjonali, li d-deċiżjonijiet tagħha jkunu vinkolanti fuq il-korp tas-settur pubbliku jew il-korp kompetenti kkonċernat.

Artikolu 32
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet mogħtija f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 5(13) u l-Artikolu 22(1) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat mit-23 ta’ Ġunju 2022.
3. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 5(13) u l-Artikolu 22(1) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti maħtura minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 5(13) jew l-Artikolu 22(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għalih fi żmien tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
whereas