keyboard_tab Cyber Resilience Act 2023/2841 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
- 1 Artikolu 12 Konformità
- 1 Artikolu 14 Linji gwida, rakkomandazzjonijiet u sejħiet għal azzjoni
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
KAPITOLU II
MIŻURI GĦAL LIVELL KOMUNI GĦOLI TA’ ĊIBERSIGURTÀ
KAPITOLU III
BORD INTERISTITUZZJONALI TAĊ-ĊIBERSIGURTÀ
KAPITOLU IV
CERT-UE
KAPITOLU V
OBBLIGI TA’ KOOPERAZZJONI U TA’ RAPPORTAR
KAPITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
- tal-unjoni 28
- ta’ 25
- kkonċernata 13
- taċ-ċibersigurtà 12
- għal 10
- skont 8
- biex 8
- ir-regolament 8
- l-iicb 8
- azzjoni 7
- l-entità 6
- lill-entità 6
- gwida 6
- indirizzati 5
- żmien 5
- għandu 5
- komuni 4
- meta 4
- meta 4
- jiġu 4
- minn 4
- subparagrafu 4
- miżuri 4
- maħruġa 3
- linji 3
- l-miżuri 3
- l-entitajiet 3
- tagħha 3
- il-punt 3
- tal-entità 3
- wara 3
- rakkomandazzjonijiet 3
- kollha 3
- twissija 3
- dwar 3
- arranġamenti 3
- joħroġ 3
- speċifikat 3
- f’perjodu 3
- identifikati 3
- n-nuqqasijiet 3
- għandha 3
- inkluż 3
- l-artikolu 3
- b’mod 3
- jista’ 3
- xieraq 3
- l-iskadenzi 2
- inklużi 2
- filwaqt 2
Artikolu 12
Konformità
1. L-IICB, skont l-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 11, għandu jimmonitorja b’mod effettiv l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tal-linji gwida, tar-rakkomandazzjonijiet u tas-sejħiet għal azzjoni adottati mill-entitajiet tal-Unjoni. L-IICB jista’ jitlob l-informazzjoni jew id-dokumentazzjoni meħtieġa għal dak l-għan mill-entitajiet tal-Unjoni. Għall-fini tal-adozzjoni ta’ miżuri ta’ konformità skont dan l-Artikolu, meta l-entità tal-Unjoni kkonċernata tkun rappreżentata direttament fuq l-IICB, dik l-entità tal-Unjoni ma għandux ikollha drittijiet tal-vot.
2. Meta l-IICB isib li entità tal-Unjoni ma implimentatx b’mod effettiv dan ir-Regolament jew il-linji gwida, ir-rakkomandazzjonijiet jew is-sejħiet għal azzjoni maħruġa skont ir-Regolament, huwa jista’, mingħajr preġudizzju għall-proċeduri interni tal-entità tal-Unjoni kkonċernata, u wara li jagħti opportunità lill-entità tal-Unjoni kkonċernata biex tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha:
(a) | jikkomunika opinjoni motivata lill-entità tal-Unjoni kkonċernata dwar lakuni osservati fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament; |
(b) | jipprovdi, wara li jikkonsulta lis-CERT-UE, linji gwida lill-entità tal-Unjoni kkonċernata biex jiżgura li l-qafas, il-miżuri ta’ ġestjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà, il-pjanijiet taċ-ċibersigurtà u r-rapportar tagħha jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament f’perjodu ta’ żmien speċifikat; |
(c) | joħroġ twissija biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet identifikati f’perjodu ta’ żmien speċifikat, inklużi rakkomandazzjonijiet biex jiġu emendati miżuri adottati mill-entità tal-Unjoni kkonċernata skont dan ir-Regolament; |
(d) | joħroġ notifika motivata lill-entità tal-Unjoni kkonċernata, f’każ li n-nuqqasijiet identifikati fi twissija maħruġa skont il-punt (c) ma jkunux ġew indirizzati biżżejjed fil-perjodu ta’ żmien speċifikat; |
(e) | joħroġ:
|
(f) | jekk applikabbli, jinforma lill-Qorti tal-Awdituri, fl-ambitu tal-mandat tagħha, dwar l-allegata nonkonformità; |
(g) | joħroġ rakkomandazzjoni biex l-Istati Membri u l-entitajiet tal-Unjoni kollha jimplimentaw sospensjoni temporanja tal-flussi tad-data lill-entità tal-Unjoni kkonċernata. |
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (c), id-destinatarji ta’ twissija għandhom jiġu limitati b’mod xieraq, meta meħtieġ fid-dawl ta’ riskju taċ-ċibersigurtà.
It-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa skont l-ewwel subparagrafu għandhom ikunu diretti lejn l-ogħla livell ta’ maniġment tal-entità tal-Unjoni kkonċernata.
3. Meta l-IICB ikun adotta miżuri skont il-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) sa (g), l-entità tal-Unjoni kkonċernata għandha tipprovdi dettalji tal-miżuri u l-azzjonijiet meħuda biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet allegati identifikati mill-IICB. L-entità tal-Unjoni għandha tissottometti dawk id-dettalji fi żmien raġonevoli li għandu jiġi miftiehem mal-IICB.
4. Meta l-IICB iqis li hemm ksur kontinwu ta’ dan ir-Regolament minn entità tal-Unjoni li jirriżulta direttament minn azzjonijiet jew ommissjonijiet ta’ uffiċjal jew aġent ieħor tal-Unjoni, inkluż fl-ogħla livell tal-maniġment, l-IICB għandu jitlob li l-entità tal-Unjoni kkonċernata tieħu azzjoni xierqa, inkluż li jikkunsidra li jitlobha tieħu azzjoni ta’ natura dixxiplinarja, f’konformità mar-regoli u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal u f’xi regoli u proċeduri applikabbli oħra. Għal dak il-għan, l-IICB għandu jittrasferixxi l-informazzjoni meħtieġa lill-entità tal-Unjoni kkonċernata.
5. Meta l-entitajiet tal-Unjoni jinnotifikaw li ma jkunux jistgħu jissodisfaw l-iskadenzi stabbiliti fl-Artikolu 6(1) u fl-Artikolu 8(1), l-IICB jista’, f’każijiet debitament sostanzjati, filwaqt li jqis id-daqs tal-entità tal-Unjoni, jawtorizza l-estensjoni ta’ dawk l-iskadenzi.
KAPITOLU IV
CERT-UE
Artikolu 14
Linji gwida, rakkomandazzjonijiet u sejħiet għal azzjoni
1. Is-CERT-UE għandu jappoġġja l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament billi joħroġ:
(a) | sejħiet għal azzjoni li jiddeskrivu miżuri ta’ sigurtà urġenti li l-entitajiet tal-Unjoni huma mħeġġa jieħdu f’perjodu ta’ żmien stabbilit; |
(b) | proposti lill-IICB għal linji gwida indirizzati lill-entitajiet kollha tal-Unjoni jew lil subsett tagħhom; |
(c) | proposti lill-IICB għal rakkomandazzjonijiet indirizzati lil entitajiet individwali tal-Unjoni. |
Fir-rigward tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), l-entità tal-Unjoni kkonċernata għandha, mingħajr dewmien żejjed wara li tirċievi s-sejħa għal azzjoni, tinforma lis-CERT-UE dwar kif ġew applikati l-miżuri ta’ sigurtà urġenti.
2. Il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet jistgħu jinkludu:
(a) | metodoloġiji komuni u mudell għall-valutazzjoni tal-maturità taċ-ċibersigurtà tal-entitajiet tal-Unjoni, inklużi l-iskali jew il-KPIs korrispondenti, li jservu bħala referenza b’appoġġ għat-titjib kontinwu taċ-ċibersigurtà fl-entitajiet kollha tal-Unjoni u li jiffaċilitaw il-prijoritizzazzjoni tad-dominji u l-miżuri taċ-ċibersigurtà filwaqt li titqies il-qagħda taċ-ċibersigurtà tal-entitajiet; |
(b) | arranġamenti għall-ġestjoni tar-riskju taċ-ċibersigurtà jew it-titjib tagħha u l-miżuri ta’ ġestjoni tar-riskju taċ-ċibersigurtà; |
(c) | arranġamenti għall-valutazzjonijiet tal-maturità taċ-ċibersigurtà u l-pjanijiet taċ-ċibersigurtà; |
(d) | meta xieraq, l-użu ta’ teknoloġija komuni, arkitettura, sors miftuħ u l-aħjar prattiki assoċjati bil-għan li jinkisbu l-interoperabbiltà u l-istandards komuni, inkluż approċċ koordinat għas-sigurtà tal-ktajjen tal-provvista; |
(e) | meta xieraq, informazzjoni biex jiġi ffaċilitat l-użu ta’ strumenti għal akkwist komuni għax-xiri ta’ servizzi u prodotti rilevanti taċ-ċibersigurtà minn fornituri terzi; |
(f) | arranġamenti ta’ kondiviżjoni ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 20. |
whereas