keyboard_tab Cyber Resilience Act 2023/2841 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
KAPITOLU II
MIŻURI GĦAL LIVELL KOMUNI GĦOLI TA’ ĊIBERSIGURTÀ
KAPITOLU III
BORD INTERISTITUZZJONALI TAĊ-ĊIBERSIGURTÀ
KAPITOLU IV
CERT-UE
KAPITOLU V
OBBLIGI TA’ KOOPERAZZJONI U TA’ RAPPORTAR
KAPITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
- ta’ 207
- tal-unjoni 128
- taċ-ċibersigurtà 60
- għandu 54
- dwar 50
- ir-regolament 50
- skont 37
- ewropew 30
- biex 28
- ue / 27
- għal 26
- meta 26
- tiegħu 25
- tas-cert-ue 24
- livell 23
- fl-artikolu 22
- minn 22
- l-artikolu 22
- il-punt 20
- jista’ 19
- entità 19
- kkonċernata 18
- tal-informazzjoni 18
- tagħhom 18
- inkluż 17
- tar-riskji 17
- tal-iicb 17
- tfisser 15
- l-iicb 15
- artikolu 15
- tal-ict 15
- kull 15
- tad-direttiva 15
- nru / 15
- għandha 15
- dawk 14
- inċidenti 14
- għandhom 14
- jiġu 14
- ewropea 13
- jkun 13
- informazzjoni 13
- miżuri 13
- tal-entitajiet 13
- l-entitajiet 12
- oħra 12
- servizzi 12
- xieraq 12
- definit 12
- l-implimentazzjoni 11
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-regolament jistabbilixxi miżuri li għandhom l-għan li jiksbu livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà fl-entitajiet tal-Unjoni fir-rigward ta’:
(a) | l-istabbiliment minn kull entità tal-Unjoni ta’ qafas intern għall-ġestjoni, il-governanza u l-kontroll tar-riskji taċ-ċibersigurtà skont l-Artikolu 6; |
(b) | il-ġestjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà, ir-rapportar u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni; |
(c) | l-organizzazzjoni, il-funzjonament u l-operat tal-Bord Interistituzzjonali taċ-Ċibersigurtà stabbilit skont l-Artikolu 10, kif ukoll l-organizzazzjoni, il-funzjonament u l-operat tas-Servizz taċ-Ċibersigurtà għall-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni (CERT-UE); |
(d) | il-monitoraġġ u l-implimentazzjoni ta ’ dan ir-regolament. |
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-regolament japplika għall-entitajiet tal-Unjoni, għall-Bord Interistituzzjonali taċ-Ċibersigurtà stabbilit skont l-Artikolu 10 u għas-CERT-UE.
2. Dan ir-regolament japplika mingħajr preġudizzju għall-awtonomija istituzzjonali skont it-Trattati.
3. Bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 13(8), dan ir-regolament ma japplikax għal network u sistemi tal-informazzjoni li jimmaniġġjaw Informazzjoni Klassifikata tal-UE (IKUE).
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) | “entitajiet tal-Unjoni” tfisser l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni stabbiliti mit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jew mit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, jew skonthom; |
(2) | “network u sistema tal-informazzjoni” tfisser network u sistema tal-informazzjoni kif definit fl-Artikolu 6, il-punt (1), tad-Direttiva (UE) 2022/2555; |
(3) | “sigurtà tan-network u tas-sistemi ta’ informazzjoni” tfisser is-sigurtà tan-network u tas-sistemi ta’ informazzjoni kif definit fl-Artikolu 6, il-punt (2), tad-Direttiva (UE) 2022/2555; |
(4) | “ċibersigurtà” tfisser iċ-ċibersigurtà kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (1), tar-Regolament (UE) 2019/881; |
(5) | “l-ogħla livell ta’ maniġment” tfisser maniġer, korp maniġerjali jew korp ta’ koordinazzjoni u sorveljanza li huwa responsabbli għall-funzjonament ta’ entità tal-Unjoni, fl-aktar livell amministrattiv għoli, b’mandat li jadotta jew jawtorizza deċiżjonijiet f’konformità mal-arranġamenti ta’ governanza ta’ livell għoli ta’ dik l-entità tal-Unjoni, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet formali ta’ livelli oħra ta’ maniġment għall-konformità u l-ġestjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà fl-oqsma ta’ responsabbiltà rispettivi tagħhom; |
(6) | “kważi inċident” tfisser kważi inċident kif definit fl-Artikolu 6, il-punt (5), tad-Direttiva (UE) 2022/2555; |
(7) | “inċident” tfisser inċident kif definit fl-Artikolu 6, il-punt (6), tad-Direttiva (UE) 2022/2555; |
(8) | “inċident kbir” tfisser inċident li jikkawża livell ta’ tfixkil li jeċċedi l-kapaċità ta’ entità tal-Unjoni u tas-CERT-UE li jirrispondu għalih jew li jkollu impatt sinifikanti fuq mill-inqas żewġ entitajiet tal-Unjoni; |
(9) | “inċident taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira” tfisser inċident taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira kif definit fl-Artikolu 6, il-punt (7), tad-Direttiva (UE) 2022/2555; |
(10) | “trattament tal-inċident” tfisser it-trattament tal-inċident kif definit fl-Artikolu 6, il-punt 8, tad-Direttiva (UE) 2022/2555; |
(11) | “theddida ċibernetika” tfisser theddida ċibernetika kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (8), tar-Regolament (UE) 2019/881; |
(12) | “theddida ċibernetika sinifikanti” tfisser theddida ċibernetika sinifikanti kif definit fl-Artikolu 6, il-punt (11), tad-Direttiva (UE) 2022/2555; |
(13) | “vulnerabbiltà” tfisser vulnerabbiltà kif definit fl-Artikolu 6, il-punt (15), tad-Direttiva (UE) 2022/2555; |
(14) | “riskju taċ-ċibersigurtà” tfisser riskju kif definit fl-Artikolu 6, il-punt (9), tad-Direttiva (UE) 2022/2555; |
(15) | “servizz tal-cloud computing” tfisser servizz tal-cloud computing kif definit fl-Artikolu 6, il-punt (30), tad-Direttiva (UE) 2022/2555. |
Artikolu 4
Proċessar ta’ data personali
1. L-ipproċessar ta’ data personali skont dan ir-regolament mis-CERT-UE, mill-Bord Interistituzzjonali taċ-Ċibersigurtà stabbilit skont l-Artikolu 10 u mill-entitajiet tal-Unjoni għandu jitwettaq f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.
2. Meta jwettqu kompiti jew jissodisfaw obbligi skont dan ir-regolament, is-CERT-UE, il-Bord Interistituzzjonali taċ-Ċibersigurtà stabbilit skont l-Artikolu 10 u l-entitajiet tal-Unjoni għandhom jipproċessaw u jiskambjaw data personali biss sa fejn ikun meħtieġ u għall-iskop uniku li jwettqu dawk il-kompiti jew li jissodisfaw dawk l-obbligi.
3. L-ipproċessar ta’ kategoriji speċjali ta’ data personali kif imsemmi fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 għandu jitqies meħtieġ għal raġunijiet ta’ interess pubbliku sostanzjali skont l-Artikolu 10(2), il-punt (g), ta’ dak ir-regolament. Tali data tista’ tiġi pproċessata biss sal-punt meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-miżuri tal-ġestjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà msemmija fl-Artikoli 6 u 8, għall-forniment ta’ servizzi mis-CERT-UE skont l-Artikolu 13, għall-kondiviżjoni ta’ informazzjoni speċifika għall-inċidenti skont l-Artikolu 17(3) u l-Artikolu 18(3), għall-kondiviżjoni ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 20, għall-obbligi ta’ rapportar skont l-Artikolu 21, għall-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni tar-rispons għall-inċidenti skont l-Artikolu 22 u għall-ġestjoni ta’ inċidenti kbar skont l-Artikolu 23 ta’ dan ir-regolament. L-entitajiet tal-Unjoni u s-CERT-UE, meta jaġixxu bħala kontrolluri tad-data, għandhom japplikaw miżuri tekniċi biex jipprevjenu l-ipproċessar ta’ kategoriji speċjali ta’ data personali għal finijiet oħra u għandhom jipprevedu miżuri xierqa u speċifiċi biex jissalvagwardjaw id-drittijiet fundamentali u l-interessi tas-suġġetti tad-data.
KAPITOLU II
MIŻURI GĦAL LIVELL KOMUNI GĦOLI TA’ ĊIBERSIGURTÀ
Artikolu 6
Qafas għall-ġestjoni, il-governanza u l-kontroll tar-riskji taċ-ċibersigurtà
1. Sat-8 ta’ April 2025, kull entità tal-Unjoni għandha, wara li twettaq rieżami inizjali taċ-ċibersigurtà, bħal awditu, tistabbilixxi qafas intern għall-ġestjoni, il-governanza u l-kontroll tar-riskji taċ-ċibersigurtà (il-“Qafas”). L-istabbiliment tal-Qafas għandu jiġi ssorveljat mill-ogħla livell ta’ maniġment tal-entità tal-Unjoni u taħt ir-responsabbiltà tiegħu.
2. Il-qafas għandu jkopri l-ambjent tal-ICT mhux klassifikat kollu tal-entità tal-Unjoni kkonċernata, inkluż kwalunkwe ambjent tal-ICT fuq il-post, network tat-teknoloġija operazzjonali, assi u servizzi esternalizzati f’ambjenti tal-cloud computing jew ospitati minn partijiet terzi, apparati mobbli, networks korporattivi, networks tan-negozju mhux konnessi mal-internet u kwalunkwe apparat konness ma’ dawk l-ambjenti (“ambjent tal-ICT”). Il-Qafas għandu jkun ibbażat fuq approċċ li jkopri l-perikli kollha.
3. Il-Qafas għandu jiżgura livell għoli ta’ ċibersigurtà. Il-Qafas għandu jistabbilixxi politiki interni dwar iċ-ċibersigurtà, inklużi objettivi u prijoritajiet, għas-sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni, u r-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-persunal tal-entità tal-Unjoni inkarigat li jiżgura l-implimentazzjoni effettiva ta’ dan ir-regolament. Il-Qafas għandu jinkludi wkoll mekkaniżmi biex titkejjel l-effettività tal-implimentazzjoni.
4. Il-Qafas għandu jiġi rieżaminat fuq bażi regolari, fid-dawl tar-riskji taċ-ċibersigurtà li jinbidlu, u mill-inqas kull erba’ snin. Meta xieraq u wara talba mill-Bord Interistituzzjonali taċ-Ċibersigurtà stabbilit skont l-Artikolu 10, Qafas ta’ entità tal-Unjoni jista’ jiġi aġġornat abbażi tal-gwida tas-CERT-UE dwar inċidenti identifikati jew lakuni possibbli osservati fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-regolament.
5. L-ogħla livell ta’ ġestjoni ta’ kull entità tal-Unjoni għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-regolament u għandu jissorvelja l-konformità tal-organizzazzjoni tiegħu mal-obbligi relatati mal-Qafas.
6. Meta xieraq u mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tiegħu għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-regolament, l-ogħla livell ta’ maniġment ta’ kull entità tal-Unjoni jista’ jiddelega obbligi speċifiċi skont dan ir-regolament lil uffiċjali għolja skont it-tifsira tal-Artikolu 29(2) tar-Regolamenti tal-Persunal jew uffiċjali oħra f’livell ekwivalenti, fl-entità tal-Unjoni kkonċernata. Irrispettivament minn kwalunkwe delega bħal din, l-ogħla livell ta’ maniġment jista’ jinżamm responsabbli għall-ksur ta’ dan ir-regolament mill-entità tal-Unjoni kkonċernata.
7. Kull entità tal-Unjoni għandu jkollha mekkaniżmi effettivi fis-seħħ biex jiżguraw li perċentwal adegwat tal-baġit tal-ICT jintefaq fuq iċ-ċibersigurtà. Meta jiġi stabbilit dak il-perċentwal għandu jittieħed kont debitu tal-Qafas.
8. Kull entità tal-Unjoni għandha taħtar uffiċjal lokali taċ-ċibersigurtà jew funzjoni ekwivalenti, li għandu jaġixxi bħala l-punt uniku ta’ kuntatt tagħha fir-rigward tal-aspetti kollha taċ-ċibersigurtà. L-uffiċjal lokali taċ-ċibersigurtà għandu jiffaċilita l-implimentazzjoni ta’ dan ir-regolament u jirrapporta direttament lill-ogħla livell ta’ maniġment fuq bażi regolari dwar l-istat tal-implimentazzjoni. Mingħajr preġudizzju għar-rwol tal-uffiċjal lokali taċ-ċibersigurtà bħala l-punt uniku ta’ kuntatt f’kull entità tal-Unjoni, entità tal-Unjoni tista’ tiddelega ċerti kompiti tal-uffiċjal lokali taċ-ċibersigurtà fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-regolament lis-CERT-UE abbażi ta’ ftehim dwar il-livell ta’ servizz konkluż bejn dik l-entità tal-Unjoni u s-CERT-UE, jew dawk il-kompiti jistgħu jiġu kondiviżi bejn diversi entitajiet tal-Unjoni. Meta dawk il-kompiti jiġu delegati lis-CERT-EU, il-Bord Interistituzzjonali taċ-Ċibersigurtà stabbilit skont l-Artikolu 10 għandu jiddeċiedi jekk il-forniment ta’ dak is-servizz għandux ikun parti mis-servizzi tal-linja bażi tas-CERT-UE, b’kont meħud tar-riżorsi umani u finanzjarji tal-entità tal-Unjoni kkonċernata. Kull entità tal-Unjoni għandha, mingħajr dewmien żejjed, tinnotifika lis-CERT-EU dwar l-uffiċjal lokali taċ-ċibersigurtà maħtur u kwalunkwe bidla sussegwenti tiegħu.
Is-CERT-UE għandu jistabbilixxi u jżomm aġġornata lista tal-uffiċjali lokali taċ-ċibersigurtà maħtura.
9. L-uffiċjali għolja skont it-tifsira tal-Artikolu 29(2) tar-Regolamenti tal-Persunal jew uffiċjali oħra ta’ livell ekwivalenti ta’ kull entità tal-Unjoni, kif ukoll il-membri rilevanti tal-persunal inkarigati bl-implimentazzjoni tal-miżuri tal-ġestjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà u bl-issodisfar tal-obbligi stabbiliti f’dan ir-regolament, għandhom isegwu taħriġ speċifiku fuq bażi regolari bil-għan li jiksbu għarfien u ħiliet suffiċjenti sabiex jifhmu u jivvalutaw ir-riskji taċ-ċibersigurtà u l-prattiki tal-ġestjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà u l-impatt tagħhom fuq l-operazzjonijiet tal-entità tal-Unjoni.
Artikolu 8
Miżuri ta’ ġestjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà
1. Mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ sat-8 ta’ Settembru 2025, kull entità tal-Unjoni għandha, taħt is-sorveljanza tal-ogħla livell ta’ maniġment tagħha, tieħu miżuri tekniċi, operazzjonali u organizzattivi xierqa u proporzjonati biex jiġu ġestiti r-riskji taċ-ċibersigurtà identifikati fl-ambitu tal-Qafas, u biex tipprevjeni u/jew timminimizza l-impatt tal-inċidenti. B’kont meħud tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku u, meta applikabbli, tal-istandards Ewropej u internazzjonali rilevanti, dawk il-miżuri għandhom jiżguraw livell ta’ sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni fl-ambjent tal-ICT kollu kemm hu proporzjonat mar-riskji taċ-ċibersigurtà kkawżati. Meta tiġi vvalutata l-proporzjonalità ta’ dawk il-miżuri, għandu jittieħed kont debitu tal-grad tal-espożizzjoni tal-entità tal-Unjoni għar-riskji taċ-ċibersigurtà, id-daqs tagħha, il-probabbiltà tal-okkorrenza ta’ inċidenti u tas-severità tagħhom, inkluż l-impatt soċjetali, ekonomiku u interistituzzjonali tagħhom.
2. L-entitajiet tal-Unjoni għandhom jindirizzaw mill-inqas l-oqsma li ġejjin fl-implimentazzjoni tal-miżuri tal-ġestjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà:
(a) | il-politika taċ-ċibersigurtà, inklużi l-miżuri meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi u l-prijoritajiet imsemmija fl-Artikolu 6 u fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu; |
(b) | il-politiki dwar l-analiżi tar-riskji taċ-ċibersigurtà u s-sigurtà tas-sistema tal-informazzjoni; |
(c) | l-objettivi ta’ politika rigward l-użu tas-servizzi tal-cloud computing; |
(d) | l-awditu taċ-ċibersigurtà, meta xieraq, li jista’ jinkludi valutazzjoni tar-riskju taċ-ċibersigurtà, tal-vulnerabbiltà u tat-theddid ċibernetiku, u ttestjar tal-penetrazzjoni mwettaq minn fornitur privat fdat fuq bażi regolari; |
(e) | l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mill-awditi taċ-ċibersigurtà msemmija fil-punt (d) permezz ta’ aġġornamenti taċ-ċibersigurtà u tal-politika; |
(f) | l-organizzazzjoni taċ-ċibersigurtà, inkluż l-istabbiliment tar-rwoli u r-responsabbiltajiet; |
(g) | l-immaniġġar ta’ assi, inkluż l-inventarju tal-assi tal-ICT u l-kartografija tan-network tal-ICT; |
(h) | is-sigurtà tar-riżorsi umani u l-kontroll tal-aċċess; |
(i) | is-sigurtà operazzjonali tan-network; |
(j) | is-sigurtà tal-komunikazzjoni; |
(k) | l-akkwiżizzjoni, l-iżvilupp u l-manutenzjoni tas-sistema, inklużi l-politiki dwar it-trattament u d-divulgazzjoni tal-vulnerabbiltajiet; |
(l) | meta jkun possibbli, il-politiki dwar it-trasparenza tal-kodiċi sors; |
(m) | is-sigurtà tal-katina tal-provvista, inkluż l-aspetti relatati mas-sigurtà li jikkonċernaw ir-relazzjonijiet bejn kull entità tal-Unjoni u l-fornituri diretti jew il-fornituri ta’ servizzi diretti tagħha. |
(n) | it-trattament tal-inċidenti u l-kooperazzjoni mas-CERT-UE, bħall-manutenzjoni tal-monitoraġġ tas-sigurtà u reġistrazzjonijiet; |
(o) | il-ġestjoni tal-kontinwità tal-operat, bħall-ġestjoni ta’ riżerva u l-irkupru minn diżastri, u l-ġestjoni tal-kriżijiet; u |
(p) | il-promozzjoni u l-iżvilupp ta’ programmi ta’ edukazzjoni, ħiliet, sensibilizzazzjoni, eżerċizzju u taħriġ fil-qasam taċ-ċibersigurtà. |
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (m), l-entitajiet tal-Unjoni għandhom iqisu l-vulnerabbiltajiet speċifiċi għal kull fornitur dirett u kull fornitur ta’ servizzi dirett u l-kwalità ġenerali tal-prodotti u l-prattiki taċ-ċibersigurtà tal-fornituri u l-fornituri tas-servizzi tagħhom, inkluż il-proċeduri ta’ żvilupp siguri tagħhom.
3. L-entitajiet tal-Unjoni għandhom jieħdu mill-inqas il-miżuri speċifiċi tal-ġestjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà li ġejjin:
(a) | l-arranġamenti tekniċi li jippermettu u jsostnu t-telexogħol; |
(b) | passi konkreti li jimxu lejn prinċipji ta’ fiduċja żero; |
(c) | l-użu tal-awtentikazzjoni b’diversi fatturi bħala norma fin-network u s-sistema tal-informazzjoni; |
(d) | l-użu tal-kriptografija u l-kriptaġġ, b’mod partikolari l-kriptaġġ minn tarf sa tarf, kif ukoll l-iffirmar diġitali sigur; |
(e) | meta xieraq, l-użu ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi, bil-vidjo u bil-kitba siguri, u sistemi ta’ komunikazzjonijiet ta’ emerġenza siguri fi ħdan l-entità tal-Unjoni; |
(f) | miżuri proattivi għad-detezzjoni u t-tneħħija ta’ malware u spyware; |
(g) | l-istabbiliment ta’ sigurtà tal-katina tal-provvista tas-software permezz ta’ kriterji għall-iżvilupp u l-evalwazzjoni ta’ software sigur; |
(h) | l-istabbiliment u l-adozzjoni ta’ programmi ta’ taħriġ dwar iċ-ċibersigurtà proporzjonati għall-kompiti preskritti u l-kapaċitajiet mistennija għall-ogħla livell ta’ maniġment u l-membri tal-persunal tal-entità tal-Unjoni inkarigati biex jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva ta’ dan ir-regolament; |
(i) | it-taħriġ regolari dwar iċ-ċibersigurtà tal-membri tal-persunal; |
(j) | fejn rilevanti, il-parteċipazzjoni fl-analiżijiet tar-riskji tal-interkonnettività bejn l-entitajiet tal-Unjoni; |
(k) | it-titjib tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku għall-faċilitazzjoni ta’ livell komuni għoli ta’ ċibersigurtà permezz ta’:
|
Artikolu 10
Bord Interistituzzjonali taċ-Ċibersigurtà
1. B’dan qed jiġi stabbilit Bord Interistituzzjonali taċ-Ċibersigurtà (IICB).
2. L-IICB għandu jkun responsabbli:
(a) | għall-monitoraġġ u l-appoġġ tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-regolament mill-entitajiet tal-Unjoni; |
(b) | għas-superviżjoni tal-implimentazzjoni tal-prijoritajiet u l-objettivi ġenerali mis-CERT-UE u l-għoti ta’ direzzjoni strateġika lis-CERT-UE. |
3. L-IICB għandu jikkonsisti minn:
(a) | rappreżentant wieħed iddeżinjat minn kull wieħed minn dawn li ġejjin:
|
(b) | tliet rappreżentanti ddeżinjati min-Network tal-Aġenziji tal-UE (EUAN) abbażi ta’ proposta tal-Kumitat Konsultattiv tal-ICT tiegħu biex jirrappreżentaw l-interessi tal-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni li jmexxu l-ambjent tal-ICT tagħhom stess, għajr dawk imsemmija fil-punt (a). |
L-entitajiet tal-Unjoni rappreżentati fuq l-IICB għandu jkollhom l-għan li jiksbu bilanċ bejn il-ġeneri fost ir-rappreżentanti ddeżinjati.
4. Il-membri tal-IICB jistgħu jiġu megħjuna minn sostitut. Rappreżentanti oħra tal-entitajiet tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 3 jew ta’ entitajiet oħra tal-Unjoni jistgħu jiġu mistiedna mill-President biex jattendu laqgħat tal-IICB mingħajr id-dritt tal-vot.
5. Il-Kap tas-CERT-UE u l-Presidenti tal-Grupp ta’ Kooperazzjoni, in-Network tas-CSIRTs u l-EU-CyCLONe stabbiliti, rispettivament, skont l-Artikoli 14, 15 u 16 tad-Direttiva (UE) 2022/2555, jew is-sostituti tagħhom, jistgħu jipparteċipaw fil-laqgħat tal-IICB bħala osservaturi. F’każijiet eċċezzjonali, l-IICB jista’, f’konformità mar-regoli ta’ proċedura interni tiegħu, jiddeċiedi mod ieħor.
6. L-IICB għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura interni tiegħu.
7. L-IICB għandu jiddeżinja President f’konformità mar-regoli ta’ proċedura interni tiegħu, minn fost il-membri tiegħu għal perjodu ta’ tliet snin. Is-sostitut tal-President għandu jsir membru sħiħ tal-IICB għall-istess durata.
8. L-IICB għandu jiltaqa’ mill-inqas tliet darbiet fis-sena fuq inizjattiva tal-President tiegħu, fuq talba tas-CERT-UE jew fuq talba ta’ xi wieħed mill-membri tiegħu.
9. Kull membru tal-IICB għandu jkollu vot wieħed. Id-deċiżjonijiet tal-IICB għandhom jittieħdu b’maġġoranza sempliċi ħlief meta jkun previst mod ieħor f’dan ir-regolament. Il-President tal-IICB ma għandux ikollu vot ħlief fil-każ ta’ voti ndaqs, f’liema każ il-President jista’ jitfa’ vot deċiżiv.
10. L-IICB jista’ jaġixxi permezz ta’ proċedura bil-miktub simplifikata mibdija f’konformità mar-regoli ta’ proċedura interni tiegħu. Fil-qafas ta’ dik il-proċedura, id-deċiżjoni rilevanti għandha titqies li hija approvata fil-perjodu ta’ żmien stabbilit mill-President, ħlief meta membru joġġezzjona.
11. Is-segretarjat tal-IICB għandu jiġi pprovdut mill-Kummissjoni u għandu jagħti rendikont lill-President tal-IICB.
12. Ir-rappreżentanti nnominati mill-EUAN għandhom jgħaddu d-deċiżjonijiet tal-IICB lill-membri tal-EUAN. Kwalunkwe membru tal-EUAN għandu jkun intitolat li jqajjem ma’ dawk ir-rappreżentanti jew mal-President tal-IICB kwalunkwe kwistjoni li jqis li jenħtieġ li tiġi indirizzata mill-IICB.
13. L-IICB jista’ jistabbilixxi kumitat eżekuttiv biex jassistih fil-ħidma tiegħu, u jiddelegalu xi wħud mill-kompiti u s-setgħat tiegħu. L-IICB għandu jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tal-kumitat eżekuttiv, inklużi l-kompiti u s-setgħat tiegħu, u l-mandati tal-membri tiegħu.
14. Sat-8 ta’ Jannar 2025 u fuq bażi annwali minn hemm ’il quddiem, l-IICB għandu jissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li fih jagħti dettalji dwar il-progress li jkun sar bl-implimentazzjoni ta’ dan ir-regolament u li jispeċifika b’mod partikolari l-firxa tal-kooperazzjoni tas-CERT-UE mal-kontropartijiet tal-Istati Membri f’kull wieħed mill-Istati Membri. Ir-rapport għandu jikkostitwixxi input għar-rapport biennali dwar l-istat taċ-ċibersigurtà fl-Unjoni adottat skont l-Artikolu 18 tad-Direttiva (UE) 2022/2555.
Artikolu 11
Kompiti tal-IICB
Meta jeżerċita r-responsabbiltajiet tiegħu, l-IICB għandu, b’mod partikolari:
(a) | jipprovdi gwida lill-Kap tas-CERT-UE; |
(b) | jimmonitorja u jissorvelja b’mod effettiv l-implimentazzjoni ta’ dan ir-regolament u jappoġġja lill-entitajiet tal-Unjoni fit-tisħiħ taċ-ċibersigurtà tagħhom, inkluż, meta xieraq, billi jitlob rapporti ad hoc mill-entitajiet tal-Unjoni u mis-CERT-UE; |
(c) | wara diskussjoni strateġika, jadotta strateġija pluriennali dwar żieda fil-livell taċ-ċibersigurtà fl-entitajiet tal-Unjoni, jivvaluta dik l-istrateġija fuq bażi regolari u fi kwalunkwe każ kull ħames snin u, meta meħtieġ, jemenda dik l-istrateġija; |
(d) | jistabbilixxi l-metodoloġija u l-aspetti organizzattivi għat-twettiq ta’ rieżamijiet bejn il-pari volontarji mill-entitajiet tal-Unjoni, bil-ħsieb li wieħed jitgħallem mill-esperjenzi kondiviżi, li tissaħħaħ il-fiduċja reċiproka, jinkiseb livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà, kif ukoll jissaħħu l-kapaċitajiet ta’ ċibersigurtà tal-entitajiet tal-Unjoni, filwaqt li jiżgura li tali rieżamijiet bejn il-pari jitwettqu minn esperti taċ-ċibersigurtà ddeżinjati minn entità tal-Unjoni differenti mill-entità tal-Unjoni li tkun qed tiġi rieżaminata u li l-metodoloġija tkun ibbażata fuq l-Artikolu 19 tad-Direttiva (UE) 2022/2555 u, meta xieraq, tkun adattata għall-entitajiet tal-Unjoni; |
(e) | japprova, abbażi ta’ proposta tal-Kap tas-CERT-UE, il-programm ta’ ħidma annwali tas-CERT-UE u jimmonitorja l-implimentazzjoni tiegħu; |
(f) | japprova, abbażi ta’ proposta tal-Kap tas-CERT-UE, il-katalgu tas-servizzi tas-CERT-UE u kwalunkwe aġġornament tiegħu; |
(g) | japprova, abbażi ta’ proposta tal-Kap tas-CERT-UE, l-ippjanar finanzjarju annwali tad-dħul u tan-nefqa, inkluż tal-persunal, għall-attivitajiet tas-CERT-UE; |
(h) | japprova, abbażi ta’ proposta mill-Kap tas-CERT-UE, l-arranġamenti għall-ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz; |
(i) | jeżamina u japprova r-rapport annwali mfassal mill-Kap tas-CERT-UE li jkopri l-attivitajiet tas-CERT-UE u l-ġestjoni tal-fondi mis-CERT-UE; |
(j) | japprova u jimmonitorja indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) għas-CERT-UE stabbiliti abbażi ta’ proposta tal-Kap tas-CERT-UE; |
(k) | japprova l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni, il-ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz jew il-kuntratti bejn is-CERT-UE u entitajiet oħrajn skont l-Artikolu 18; |
(l) | jadotta linji gwida u rakkomandazzjonijiet abbażi ta’ proposta tas-CERT-UE f’konformità mal-Artikolu 14 u jagħti istruzzjonijiet lis-CERT-UE biex joħroġ, jirtira jew jimmodifika proposta għal linji gwida jew rakkomandazzjonijiet, jew sejħa għal azzjoni; |
(m) | jistabbilixxi gruppi konsultattivi tekniċi b’kompiti speċifiċi biex jassistu l-ħidma tal-IICB, japprova t-termini ta’ referenza tagħhom u jiddeżinja l-Presidenti rispettivi tagħhom; |
(n) | jirċievi u jivvaluta dokumenti u rapporti sottomessi mill-entitajiet tal-Unjoni skont dan ir-regolament, bħal valutazzjonijiet tal-maturità taċ-ċibersigurtà; |
(o) | jiffaċilita l-istabbiliment ta’ grupp informali ta’ uffiċjali lokali taċ-ċibersigurtà tal-entitajiet tal-Unjoni, appoġġati mill-ENISA, bl-għan tal-iskambju tal-aħjar prattiki u ta’ informazzjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-regolament; |
(p) | filwaqt li jqis l-informazzjoni dwar ir-riskji taċ-ċibersigurtà identifikati u t-tagħlimiet meħuda pprovduti mis-CERT-UE, jimmonitorja l-adegwatezza tal-arranġamenti tal-interkonnettività fost l-ambjenti tal-ICT tal-entitajiet tal-Unjoni u jagħti pariri dwar titjib possibbli; |
(q) | jistabbilixxi pjan ta’ ġestjoni tal-kriżijiet ċibernetiċi bil-ħsieb li jappoġġja, f’livell operazzjonali, il-ġestjoni koordinata ta’ inċidenti kbar li jaffettwaw lill-entitajiet tal-Unjoni u li jikkontribwixxi għall-iskambju regolari ta’ informazzjoni rilevanti, b’mod partikolari fir-rigward tal-impatti u s-severità ta’ inċidenti kbar u l-modi possibbli biex l-effetti tagħhom jiġu mitigati; |
(r) | jikkoordina l-adozzjoni tal-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-kriżijiet ċibernetiċi tal-entitajiet individwali tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 9(2); |
(s) | jadotta rakkomandazzjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ktajjen tal-provvista msemmija fl-Artikolu 8(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (m), filwaqt li jqis ir-riżultati ta’ valutazzjonijiet tar-riskji tas-sigurtà kkoordinati fuq livell tal-Unjoni tal-ktajjen ta’ provvista kritiċi msemmija fl-Artikolu 22 tad-Direttiva (UE) 2022/2555 biex l-entitajiet tal-Unjoni jiġu appoġġati fl-adozzjoni ta’ miżuri effettivi u proporzjonati ta’ ġestjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà. |
Artikolu 12
Konformità
1. L-IICB, skont l-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 11, għandu jimmonitorja b’mod effettiv l-implimentazzjoni ta’ dan ir-regolament u tal-linji gwida, tar-rakkomandazzjonijiet u tas-sejħiet għal azzjoni adottati mill-entitajiet tal-Unjoni. L-IICB jista’ jitlob l-informazzjoni jew id-dokumentazzjoni meħtieġa għal dak l-għan mill-entitajiet tal-Unjoni. Għall-fini tal-adozzjoni ta’ miżuri ta’ konformità skont dan l-Artikolu, meta l-entità tal-Unjoni kkonċernata tkun rappreżentata direttament fuq l-IICB, dik l-entità tal-Unjoni ma għandux ikollha drittijiet tal-vot.
2. Meta l-IICB isib li entità tal-Unjoni ma implimentatx b’mod effettiv dan ir-regolament jew il-linji gwida, ir-rakkomandazzjonijiet jew is-sejħiet għal azzjoni maħruġa skont ir-regolament, huwa jista’, mingħajr preġudizzju għall-proċeduri interni tal-entità tal-Unjoni kkonċernata, u wara li jagħti opportunità lill-entità tal-Unjoni kkonċernata biex tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha:
(a) | jikkomunika opinjoni motivata lill-entità tal-Unjoni kkonċernata dwar lakuni osservati fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-regolament; |
(b) | jipprovdi, wara li jikkonsulta lis-CERT-UE, linji gwida lill-entità tal-Unjoni kkonċernata biex jiżgura li l-qafas, il-miżuri ta’ ġestjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà, il-pjanijiet taċ-ċibersigurtà u r-rapportar tagħha jikkonformaw ma’ dan ir-regolament f’perjodu ta’ żmien speċifikat; |
(c) | joħroġ twissija biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet identifikati f’perjodu ta’ żmien speċifikat, inklużi rakkomandazzjonijiet biex jiġu emendati miżuri adottati mill-entità tal-Unjoni kkonċernata skont dan ir-regolament; |
(d) | joħroġ notifika motivata lill-entità tal-Unjoni kkonċernata, f’każ li n-nuqqasijiet identifikati fi twissija maħruġa skont il-punt (c) ma jkunux ġew indirizzati biżżejjed fil-perjodu ta’ żmien speċifikat; |
(e) | joħroġ:
|
(f) | jekk applikabbli, jinforma lill-Qorti tal-Awdituri, fl-ambitu tal-mandat tagħha, dwar l-allegata nonkonformità; |
(g) | joħroġ rakkomandazzjoni biex l-Istati Membri u l-entitajiet tal-Unjoni kollha jimplimentaw sospensjoni temporanja tal-flussi tad-data lill-entità tal-Unjoni kkonċernata. |
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (c), id-destinatarji ta’ twissija għandhom jiġu limitati b’mod xieraq, meta meħtieġ fid-dawl ta’ riskju taċ-ċibersigurtà.
It-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa skont l-ewwel subparagrafu għandhom ikunu diretti lejn l-ogħla livell ta’ maniġment tal-entità tal-Unjoni kkonċernata.
3. Meta l-IICB ikun adotta miżuri skont il-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) sa (g), l-entità tal-Unjoni kkonċernata għandha tipprovdi dettalji tal-miżuri u l-azzjonijiet meħuda biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet allegati identifikati mill-IICB. L-entità tal-Unjoni għandha tissottometti dawk id-dettalji fi żmien raġonevoli li għandu jiġi miftiehem mal-IICB.
4. Meta l-IICB iqis li hemm ksur kontinwu ta’ dan ir-regolament minn entità tal-Unjoni li jirriżulta direttament minn azzjonijiet jew ommissjonijiet ta’ uffiċjal jew aġent ieħor tal-Unjoni, inkluż fl-ogħla livell tal-maniġment, l-IICB għandu jitlob li l-entità tal-Unjoni kkonċernata tieħu azzjoni xierqa, inkluż li jikkunsidra li jitlobha tieħu azzjoni ta’ natura dixxiplinarja, f’konformità mar-regoli u l-proċeduri stabbiliti fir-regolamenti tal-Persunal u f’xi regoli u proċeduri applikabbli oħra. Għal dak il-għan, l-IICB għandu jittrasferixxi l-informazzjoni meħtieġa lill-entità tal-Unjoni kkonċernata.
5. Meta l-entitajiet tal-Unjoni jinnotifikaw li ma jkunux jistgħu jissodisfaw l-iskadenzi stabbiliti fl-Artikolu 6(1) u fl-Artikolu 8(1), l-IICB jista’, f’każijiet debitament sostanzjati, filwaqt li jqis id-daqs tal-entità tal-Unjoni, jawtorizza l-estensjoni ta’ dawk l-iskadenzi.
KAPITOLU IV
CERT-UE
Artikolu 13
Missjoni u kompiti tas-CERT-UE
1. Il-missjoni tas-CERT-UE għandha tkun li jikkontribwixxi għas-sigurtà tal-ambjent tal-ICT mhux klassifikat tal-entitajiet tal-Unjoni, billi jgħinhom fil-prevenzjoni, fid-detezzjoni, fil-ġestjoni, fil-mitigazzjoni u fir-rispons għall-inċidenti u l-irkupru minnhom, u billi jaġixxi bħaċ-ċentru tagħhom ta’ koordinazzjoni tal-iskambju tal-informazzjoni u tar-rispons għall-inċidenti taċ-ċibersigurtà.
2. Is-CERT-UE għandu jiġbor, jamministra, janalizza u jikkondividi informazzjoni mal-entitajiet tal-Unjoni dwar theddidiet, vulnerabbiltajiet u inċidenti f’infrastruttura tal-ICT mhux klassifikata. Għandu jikkoordina r-risponsi għal inċidenti fil-livell interistituzzjonali u fil-livell tal-entitajiet tal-Unjoni, inkluż billi jipprovdi jew jikkoordina l-għoti ta’ assistenza operazzjonali speċjalizzata.
3. Is-CERT-UE għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin biex jassisti lill-entitajiet tal-Unjoni:
(a) | jappoġġjahom fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-regolament u jikkontribwixxi għall-koordinazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-regolament permezz tal-miżuri elenkati fl-Artikolu 14(1) jew permezz ta’ rapporti ad hoc mitluba mill-IICB; |
(b) | joffri servizzi standard tas-CSIRT lill-entitajiet tal-Unjoni permezz ta’ pakkett ta’ servizzi taċ-ċibersigurtà deskritti fil-katalgu tas-servizzi tiegħu (servizzi tal-linja bażi); |
(c) | iżomm network ta’ pari u sħab sabiex jappoġġjaw is-servizzi kif deskritti fl-Artikoli 17 u 18; |
(d) | iġib għall-attenzjoni tal-IICB kwalunkwe problema relatata mal-implimentazzjoni ta’ dan ir-regolament u mal-implimentazzjoni tal-linji gwida, tar-rakkomandazzjonijiet u tas-sejħiet għal azzjoni; |
(e) | abbażi tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, jikkontribwixxi għall-għarfien tas-sitwazzjoni ċibernetika tal-Unjoni f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ENISA; |
(f) | jikkoordina l-ġestjoni ta’ inċidenti kbar; |
(g) | jaġixxi f’isem l-entitajiet tal-Unjoni bħala l-ekwivalenti tal-koordinatur iddeżinjat għall-finijiet ta’ divulgazzjoni kkoordinata tal-vulnerabbiltajiet skont l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva (UE) 2022/2555; |
(h) | jipprovdi, fuq talba ta’ entità tal-Unjoni, skennjar proattiv mhux intrużiv tan-network u s-sistemi tal-informazzjoni aċċessibbli għall-pubbliku ta’ dik l-entità tal-Unjoni. |
L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (e), għandha tiġi kondiviża mal-IICB, man-network ta’ CSIRTs u maċ-Ċentru tal-Intelligence u tas-Sitwazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (INTCEN tal-UE), meta applikabbli u xieraq, u soġġett għal kundizzjonijiet xierqa ta’ kunfidenzjalità.
4. Is-CERT-UE jista’, f’konformità mal-Artikolu 17 jew 18, kif xieraq, jikkoopera mal-komunitajiet taċ-ċibersigurtà rilevanti fl-Unjoni u fl-Istati Membri tagħha, inkluż fl-oqsma li ġejjin:
(a) | it-tħejjija, il-koordinazzjoni tal-inċidenti, l-iskambju ta’ informazzjoni u r-rispons għall-kriżijiet fil-livell tekniku dwar każijiet marbuta mal-entitajiet tal-Unjoni; |
(b) | il-kooperazzjoni operazzjonali rigward in-network ta’ CSIRTs, inkluż fir-rigward tal-assistenza reċiproka; |
(c) | intelligence dwar it-theddid ċibernetiku, inkluż l-għarfien tas-sitwazzjoni; |
(d) | dwar kwalunkwe suġġett li jeħtieġ l-għarfien espert tekniku dwar iċ-ċibersigurtà tas-CERT-UE. |
5. Fl-ambitu tal-kompetenza tiegħu, is-CERT-UE għandu jinvolvi ruħu f’kooperazzjoni strutturata mal-ENISA dwar il-bini tal-kapaċitajiet, il-kooperazzjoni operazzjonali u l-analiżijiet strateġiċi fit-tul tat-theddid ċibernetiku f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/881. Is-CERT-UE jista’ jikkoopera u jiskambja informazzjoni maċ-Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità tal-Europol.
6. Is-CERT-UE jista’ jipprovdi s-servizzi li ġejjin mhux deskritti fil-katalgu tas-servizzi tiegħu (servizzi bi ħlas):
(a) | servizzi li jappoġġjaw iċ-ċibersigurtà tal-ambjent tal-ICT tal-entitajiet tal-Unjoni, għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 3, fuq il-bażi ta’ ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz u soġġett għar-riżorsi disponibbli, b’mod partikolari monitoraġġ tan-networks fuq firxa wiesgħa, inkluż monitoraġġ tal-ewwel linja 24/7 għal theddid ċibernetiku ta’ severità għolja; |
(b) | servizzi li jappoġġjaw operazzjonijiet jew proġetti taċ-ċibersigurtà tal-entitajiet tal-Unjoni, għajr dawk li jipproteġu l-ambjent tal-ICT tagħhom, fuq il-bażi ta’ ftehimiet bil-miktub u bl-approvazzjoni minn qabel tal-IICB; |
(c) | fuq talba, skennjar proattiv tan-network u tas-sistemi tal-informazzjoni tal-entità tal-Unjoni kkonċernata biex jiġu identifikati vulnerabbiltajiet b’impatt sinifikanti potenzjali; |
(d) | servizzi li jappoġġjaw is-sigurtà tal-ambjent tal-ICT tagħhom lil organizzazzjonijiet għajr l-entitajiet tal-Unjoni li jikkooperaw mill-qrib mal-entitajiet tal-Unjoni, pereżempju bl-assenjar ta’ kompiti jew responsabbiltajiet skont il-liġi tal-Unjoni, fuq il-bażi ta’ ftehimiet bil-miktub u bl-approvazzjoni minn qabel tal-IICB. |
Fir-rigward tal-ewwel subparagrafu, il-punt (d), is-CERT-UE jista’, fuq bażi eċċezzjonali, jidħol f’arranġamenti fil-livell tas-servizzi ma’ entitajiet oħra għajr l-entitajiet tal-Unjoni bl-approvazzjoni minn qabel tal-IICB.
7. Is-CERT-UE għandu jorganizza eżerċizzji taċ-ċibersigurtà, u jista’ jipparteċipa fihom, jew jirrakkomanda l-parteċipazzjoni f’eżerċizzji eżistenti, meta applikabbli f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ENISA, biex jittestja l-livell ta’ ċibersigurtà tal-entitajiet tal-Unjoni.
8. Is-CERT-UE jista’ jipprovdi assistenza lill-entitajiet tal-Unjoni rigward inċidenti fin-networks u s-sistemi tal-informazzjoni li jamministraw l-EUCI meta jkun espliċitament mitlub jagħmel dan mill-entitajiet tal-Unjoni kkonċernati f’konformità mal-proċeduri rispettivi tagħhom. L-għoti ta’ assistenza mis-CERT-UE skont dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli li jikkonċernaw il-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata.
9. Is-CERT-UE għandu jinforma lill-entitajiet tal-Unjoni dwar il-proċeduri u l-proċessi tiegħu ta’ trattament tal-inċidenti.
10. Is-CERT-UE għandu jikkontribwixxi, b’livell għoli ta’ kunfidenzjalità u affidabbiltà, permezz tal-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni u l-linji ta’ rapportar xierqa, informazzjoni rilevanti u anonimizzata dwar inċidenti kbar u l-mod li bih ġew ittrattati. Dik l-informazzjoni għandha tiġi inkluża fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 10(14).
11. Is-CERT-UE, f’kooperazzjoni mal-KEPD, għandu jappoġġja lill-entitajiet tal-Unjoni kkonċernati meta jindirizzaw inċidenti li jirriżultaw fi ksur tad-data personali, mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi u l-kompiti tal-KEPD bħala awtorità superviżorja skont ir-regolament (UE) 2018/1725.
12. Jekk jintalab espressament mid-dipartimenti tal-politika tal-entitajiet tal-Unjoni, is-CERT-UE jista’ jagħti parir jew input tekniku dwar kwistjonijiet ta’ politika rilevanti.
Artikolu 14
Linji gwida, rakkomandazzjonijiet u sejħiet għal azzjoni
1. Is-CERT-UE għandu jappoġġja l-implimentazzjoni ta’ dan ir-regolament billi joħroġ:
(a) | sejħiet għal azzjoni li jiddeskrivu miżuri ta’ sigurtà urġenti li l-entitajiet tal-Unjoni huma mħeġġa jieħdu f’perjodu ta’ żmien stabbilit; |
(b) | proposti lill-IICB għal linji gwida indirizzati lill-entitajiet kollha tal-Unjoni jew lil subsett tagħhom; |
(c) | proposti lill-IICB għal rakkomandazzjonijiet indirizzati lil entitajiet individwali tal-Unjoni. |
Fir-rigward tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), l-entità tal-Unjoni kkonċernata għandha, mingħajr dewmien żejjed wara li tirċievi s-sejħa għal azzjoni, tinforma lis-CERT-UE dwar kif ġew applikati l-miżuri ta’ sigurtà urġenti.
2. Il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet jistgħu jinkludu:
(a) | metodoloġiji komuni u mudell għall-valutazzjoni tal-maturità taċ-ċibersigurtà tal-entitajiet tal-Unjoni, inklużi l-iskali jew il-KPIs korrispondenti, li jservu bħala referenza b’appoġġ għat-titjib kontinwu taċ-ċibersigurtà fl-entitajiet kollha tal-Unjoni u li jiffaċilitaw il-prijoritizzazzjoni tad-dominji u l-miżuri taċ-ċibersigurtà filwaqt li titqies il-qagħda taċ-ċibersigurtà tal-entitajiet; |
(b) | arranġamenti għall-ġestjoni tar-riskju taċ-ċibersigurtà jew it-titjib tagħha u l-miżuri ta’ ġestjoni tar-riskju taċ-ċibersigurtà; |
(c) | arranġamenti għall-valutazzjonijiet tal-maturità taċ-ċibersigurtà u l-pjanijiet taċ-ċibersigurtà; |
(d) | meta xieraq, l-użu ta’ teknoloġija komuni, arkitettura, sors miftuħ u l-aħjar prattiki assoċjati bil-għan li jinkisbu l-interoperabbiltà u l-istandards komuni, inkluż approċċ koordinat għas-sigurtà tal-ktajjen tal-provvista; |
(e) | meta xieraq, informazzjoni biex jiġi ffaċilitat l-użu ta’ strumenti għal akkwist komuni għax-xiri ta’ servizzi u prodotti rilevanti taċ-ċibersigurtà minn fornituri terzi; |
(f) | arranġamenti ta’ kondiviżjoni ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 20. |
Artikolu 19
Immaniġġar tal-informazzjoni
1. L-entitajiet tal-Unjoni u s-CERT-UE għandhom jirrispettaw l-obbligu tas-segretezza professjonali f’konformità mal-Artikolu 339 tat-TFUE jew oqfsa applikabbli ekwivalenti.
2. ir-regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) għandu japplika fir-rigward ta’ talbiet għal aċċess pubbliku għal dokumenti miżmuma mis-CERT-UE, inkluż l-obbligu skont dak ir-regolament li jiġu kkonsultati entitajiet oħra tal-Unjoni jew, meta rilevanti, Stati Membri oħra, kull meta talba tikkonċerna d-dokumenti tagħhom.
3. L-immaniġġar tal-informazzjoni mill-entitajiet tal-Unjoni u mis-CERT-UE għandu jkun konformi mar-regoli applikabbli dwar is-sigurtà tal-informazzjoni
Artikolu 24
Riallokazzjoni baġitarja inizjali
Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq u stabbli tas-CERT-UE, il-Kummissjoni tista’ tipproponi r-riallokazzjoni ta’ persunal u riżorsi finanzjarji għall-baġit tal-Kummissjoni biex jintużaw f’operazzjonijiet tas-CERT-UE. Ir-riallokazzjoni għandha tkun effettiva fl-istess ħin bħall-ewwel baġit annwali tal-Unjoni adottat wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament.
Artikolu 25
Rieżami
1. Sat-8 ta’ Jannar 2025, u fuq bażi annwali minn hemm ’il quddiem, l-IICB, bl-assistenza tas-CERT-UE, għandu jirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-regolament. L-IICB jista’ jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni biex tirrieżamina dan ir-regolament.
2. Sat-8 ta’ Jannar 2027 u kull sentejn wara dan, il-Kummissjoni għandha tivvaluta u tirrapporta dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-regolament u dwar l-esperjenza miksuba f’livell strateġiku u operazzjonali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Ir-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jinkludi r-rieżami msemmi fl-Artikolu 16(1), dwar il-possibbiltà li s-CERT-UE jiġi stabbilit bħala uffiċċju tal-Unjoni.
3. Sat-8 ta’ Jannar 2029, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-funzjonament ta’ dan ir-regolament u tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. Il-Kummissjoni għandha tevalwa wkoll l-adegwatezza tal-inklużjoni tan-network u s-sistemi tal-informazzjoni li jimmaniġġjaw l-EUCI fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament, b’kont meħud ta’ atti leġiżlattivi oħra tal-Unjoni applikabbli għal dawk is-sistemi. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, meta jkun hemm bżonn, minn proposta leġiżlattiva.
Artikolu 26
Dħul fis-seħħ
Dan ir-regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, it-13 ta’ Diċembru 2023.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
P. NAVARRO RÍOS
(1) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta’ tal-21 ta' Novembru 2023 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Diċembru 2023.
(2) Id-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar miżuri għal livell komuni għoli ta’ ċibersigurtà madwar l-Unjoni, li temenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 u d-Direttiva (UE) 2018/1972, u li tħassar id-Direttiva (UE) 2016/1148 (id-Direttiva NIS 2) (ĠU L 333, 27.12.2022, p. 80).
(3) ir-regolament (UE) 2019/881 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar l-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) u dwar iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u li jħassar ir-regolament (UE) Nru 526/2013 (l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà) (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 15).
(4) Arranġament Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-Bank Ċentrali Ewropew, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u l-Bank Ewropew tal-Investiment dwar l-organizzazzjoni u l-operazzjoni ta’ skwadra ta’ rispons f’emerġenza relatata mal-kompjuters għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni (CERT-UE) (ĠU C 12, 13.1.2018, p. 1).
(5) ir-regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-29 ta’ Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali u l-kundizzjonijiet ta’ impjieg ta’ uffiċjali oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri temporanji applikabbli għall-Uffiċjali tal-Kummissjoni (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1).
(6) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1584 tat-13 ta’ Settembru 2017 dwar Rispons Koordinat għal Inċidenti u Kriżijiet taċ-Ċibersigurtà fuq Skala Kbira (ĠU L 239, 19.9.2017, p. 36).
(7) ir-regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(8) ĠU C 258, 5.7.2022, p. 10.
(9) ir-regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(10) ir-regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2841/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)