search


keyboard_tab Cyber Resilience Act 2023/2841 MT

BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf

2023/2841 MT cercato: 'euratom' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl


expand index euratom:

    KAPITOLU I
    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

    KAPITOLU II
    MIŻURI GĦAL LIVELL KOMUNI GĦOLI TA’ ĊIBERSIGURTÀ

    KAPITOLU III
    BORD INTERISTITUZZJONALI TAĊ-ĊIBERSIGURTÀ

    KAPITOLU IV
    CERT-UE

    KAPITOLU V
    OBBLIGI TA’ KOOPERAZZJONI U TA’ RAPPORTAR

    KAPITOLU VI
    DISPOŻIZZJONIJIET FINALI


whereas euratom:


definitions:


cloud tag: and the number of total unique words without stopwords is: 443

 

Artikolu 15

Il-Kap tas-CERT-UE

1.   Il-Kummissjoni, wara li tikseb l-approvazzjoni ta’ maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tal-IICB, għandha taħtar il-Kap tas-CERT-UE. L-IICB għandu jiġi kkonsultat fl-istadji kollha tal-proċedura tal-ħatra, b’mod partikolari fir-rigward tal-abbozzar ta’ avviżi dwar postijiet vakanti, tal-eżami ta’ applikazzjonijiet u tal-ħatra ta’ bordijiet tal-għażla fir-rigward tal-kariga. Il-proċedura tal-għażla, inkluża l-lista qasira finali ta’ kandidati li minnhom għandu jinħatar il-Kap tas-CERT-UE, għandha tiżgura rappreżentanza ġusta ta’ kull ġeneru, billi jitqiesu l-applikazzjonijiet sottomessi.

2.   Il-Kap tas-CERT-UE għandu jkun responsabbli għall-funzjonament tajjeb tas-CERT-UE u għandu jaġixxi skont il-mandat tar-rwol tiegħu u taħt id-direzzjoni tal-IICB. Il-Kap tas-CERT-UE għandu jirrapporta regolarment lill-President tal-IICB u għandu jissottometti rapporti ad hoc lill-IICB fuq talba tiegħu.

3.   Il-Kap tas-CERT-UE għandu jassisti lill-uffiċjal awtorizzanti b’delega responsabbli fl-abbozzar tar-rapport annwali tal-attività li jkun fih informazzjoni finanzjarja u ta’ ġestjoni, inklużi r-riżultati tal-kontrolli, imfassal f’konformità mal-Artikolu 74(9) tar-Regolament (UE, euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), u għandu jirrapporta regolarment lill-uffiċjal awtorizzanti b’delega dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri li fir-rigward tagħhom ġew sottodelegati setgħat lill-Kap tas-CERT-UE.

4.   Il-Kap tas-CERT-UE għandu jfassal, fuq bażi annwali, ippjanar finanzjarju tad-dħul u tan-nefqa amministrattivi għall-attivitajiet tiegħu, programm propost ta’ ħidma annwali, katalgu propost tas-servizzi għas-CERT-UE, reviżjonijiet proposti tal-katalgu tas-servizzi, arranġamenti proposti għal ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz u KPIs proposti għas-CERT-UE, li għandhom jiġu approvati mill-IICB f’konformità mal-Artikolu 11. Meta jirrevedi l-lista ta’ servizzi fil-katalgu tas-servizzi tas-CERT-UE, il-Kap tas-CERT-UE għandu jqis ir-riżorsi allokati lis-CERT-UE.

5.   Il-Kap tas-CERT-UE għandu jissottometti rapporti mill-inqas annwalment lill-IICB u lill-President tal-IICB dwar l-attivitajiet u l-prestazzjoni tas-CERT-UE matul il-perjodu ta’ referenza, inkluż dwar l-implimentazzjoni tal-baġit, il-ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz u l-ftehimiet bil-miktub konklużi, il-kooperazzjoni mal-kontropartijiet u s-sħab, u l-missjonijiet imwettqa mill-persunal, inklużi r-rapporti msemmija fl-Artikolu 11. Dawk ir-rapporti għandhom jinkludu programm ta’ ħidma għall-perjodu ta’ wara, ippjanar finanzjarju tad-dħul u n-nefqa, inkluż il-persunal, l-aġġornamenti ppjanati tal-katalgu tas-servizzi tas-CERT-UE u valutazzjoni tal-impatt mistenni li tali aġġornamenti jista’ jkollhom fir-rigward tar-riżorsi finanzjarji u umani.

Artikolu 16

Kwistjonijiet finanzjarji u ta’ persunal

1.   Is-CERT-UE għandu jiġi integrat fl-istruttura amministrattiva ta’ direttorat ġenerali tal-Kummissjoni sabiex jibbenefika mill-istrutturi ta’ appoġġ amministrattiv, ta’ ġestjoni finanzjarja u kontabilistiku tal-Kummissjoni, filwaqt li jżomm l-istatus tiegħu bħala fornitur interistituzzjonali awtonomu ta’ servizzi għall-entitajiet kollha tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-IICB dwar is-sede amministrattiva tas-CERT-UE u kwalunkwe modifika tagħha. Il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid l-arranġamenti amministrattivi relatati mas-CERT-UE fuq bażi regolari u fi kwalunkwe każ qabel l-istabbiliment ta’ kwalunkwe qafas finanzjarju pluriennali skont l-Artikolu 312 tat-TFUE, sabiex tkun tista’ tittieħed azzjoni xierqa. Ir-rieżami għandu jinkludi l-possibbiltà li s-CERT-UE jiġi stabbilit bħala uffiċċju tal-Unjoni.

2.   Għall-applikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi u finanzjarji, il-Kap tas-CERT-UE għandu jaġixxi taħt l-awtorità tal-Kummissjoni u taħt is-superviżjoni tal-IICB.

3.   Il-kompiti u l-attivitajiet tas-CERT-UE, inklużi s-servizzi pprovduti mis-CERT-UE skont l-Artikolu 13(3), (4), (5) u (7) u l-Artikolu 14(1) lill-entitajiet tal-Unjoni ffinanzjati mill-intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali ddedikata għall-amministrazzjoni pubblika Ewropea, għandhom jiġu ffinanzjati permezz ta’ linja baġitarja distinta tal-baġit tal-Kummissjoni. Il-karigi assenjati lis-CERT-UE għandhom jiġu spjegati f’nota f’qiegħ il-paġna tal-pjan ta’ stabbiliment tal-Kummissjoni.

4.   L-entitajiet tal-Unjoni għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom jagħmlu kontribuzzjoni finanzjarja annwali lis-CERT-UE biex ikopru s-servizzi pprovduti mis-CERT-UE skont dak il-paragrafu. Il-kontribuzzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq l-orjentazzjonijiet mogħtija mill-IICB u miftiehma bejn kull entità tal-Unjoni u s-CERT-UE fi ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz. Il-kontribuzzjonijiet għandhom jirrappreżentaw sehem ġust u proporzjonat tal-kostijiet totali tas-servizzi pprovduti. Għandhom jiġu riċevuti mil-linja baġitarja distinta msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, bħala dħul assenjat intern, kif previst fl-Artikolu 21(3), il-punt (c), tar-Regolament (UE, euratom) 2018/1046.

5.   Il-kostijiet tas-servizz previsti fl-Artikolu 13(6) għandhom jiġu rkuprati mill-entitajiet tal-Unjoni li jirċievu s-servizzi tas-CERT-UE. Id-dħul għandu jiġi assenjat lil-linji baġitarji li jappoġġjaw il-kostijiet.

Artikolu 26

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, it-13 ta’ Diċembru 2023.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

R. METSOLA

Għall-Kunsill

Il-President

P. NAVARRO RÍOS


(1)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta’ tal-21 ta' Novembru 2023 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Diċembru 2023.

(2)  Id-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar miżuri għal livell komuni għoli ta’ ċibersigurtà madwar l-Unjoni, li temenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 u d-Direttiva (UE) 2018/1972, u li tħassar id-Direttiva (UE) 2016/1148 (id-Direttiva NIS 2) (ĠU L 333, 27.12.2022, p. 80).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2019/881 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar l-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) u dwar iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 526/2013 (l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà) (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 15).

(4)  Arranġament Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-Bank Ċentrali Ewropew, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u l-Bank Ewropew tal-Investiment dwar l-organizzazzjoni u l-operazzjoni ta’ skwadra ta’ rispons f’emerġenza relatata mal-kompjuters għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni (CERT-UE) (ĠU C 12, 13.1.2018, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-29 ta’ Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali u l-kundizzjonijiet ta’ impjieg ta’ uffiċjali oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri temporanji applikabbli għall-Uffiċjali tal-Kummissjoni (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1).

(6)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1584 tat-13 ta’ Settembru 2017 dwar Rispons Koordinat għal Inċidenti u Kriżijiet taċ-Ċibersigurtà fuq Skala Kbira (ĠU L 239, 19.9.2017, p. 36).

(7)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(8)   ĠU C 258, 5.7.2022, p. 10.

(9)  Ir-Regolament (UE, euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(10)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2841/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)



whereas









keyboard_arrow_down