keyboard_tab Digital Governance Act 2022/0868 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
- 1 Artikolu 11 Notifika minn fornituri tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data
- 2 Artikolu 17 Reġistri pubbliċi ta’ organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data
- 1 Artikolu 20 Rekwiżiti ta’ trasparenza
KAPITOLU I
Dispożizzjonijiet Ġenerali
KAPITOLU II
L-użu mill-ġdid ta’ ċerti kategoriji ta’ data protetta miżmuma minn korpi tas-settur pubbliku
KAPITOLU III
Rekwiżiti applikabbli għas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data
KAPITOLU IV
Altruwiżmu fir-rigward tad-data
KAPITOLU V
Awtoritajiet kompetenti u dispożizzjonijiet proċedurali
KAPITOLU VI
Bord Ewropew għall-Innovazzjoni fil-Qasam tad-Data
Kapitolu VII
Aċċess u trasferiment internazzjonali
KAPITOLU VIII
Proċedura ta’ delega u ta’ kumitat
KAPITOLU IX
Dispożizzjonijiet finali U TRANżIZZJONALI
- ta’ 91
- tad-data 71
- intermedjazzjoni 46
- fir-rigward 19
- servizzi 18
- għandha 17
- tal-altruwiżmu 17
- tas-servizzi 15
- kompetenti 15
- għas-servizzi 12
- msemmija 11
- għandu 11
- rikonoxxuti 9
- pubbliku 9
- legali 8
- komuni 7
- fejn 7
- rikonoxxuta 7
- dwar 6
- notifika 6
- id-data 6
- fl-unjoni 6
- għandhom 6
- tista’ 5
- kollha 5
- ikun 5
- fl-artikolu 5
- tal-fornitur 5
- minn 5
- reġistru 4
- nazzjonali 4
- informazzjoni 4
- jiġu 4
- l-informazzjoni 4
- mingħajr 4
- l-fornitur 4
- membru 4
- deskrizzjoni 4
- tal-organizzazzjonijiet 4
- żżomm 4
- f’konformità 4
- implimentazzjoni 4
- permezz 4
- lill-awtorità 4
- għal 4
- il-kummissjoni 4
- fil-paragrafu 4
- żmien 4
- b’mod 4
- il-fornitur 4
Artikolu 11
Notifika minn fornituri tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data
1. Kwalunkwe fornitur ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data li għandu l-ħsieb li jipprovdi s-servizzi tal-intermedjazzjoni tad-data msemmija fl-Artikolu 10 għandu jissottometti notifika lill-awtorità kompetenti għal servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data.
2. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, fornitur tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data bi stabbilimenti f’aktar minn Stat Membru wieħed għandu jitqies li jaqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Istat Membru fejn għandu l-istabbiliment ewlieni tiegħu, mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Unjoni li tirregola l-azzjonijiet transfruntiera għad-danni u proċedimenti relatati.
3. Fornitur ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data li mhuwiex stabbilit fl-Unjoni, iżda li joffri s-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data msemmija fl-Artikolu 10 fi ħdan l-Unjoni, għandu jiddeżinja rappreżentant legali f’wieħed mill-Istati Membri fejn jiġu offruti dawk is-servizzi.
Sabiex tiġi żgurata l-konformità ma’ dan ir-Regolament, ir-rappreżentant legali għandu jingħata l-mandat mill-fornitur ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data biex jiġi indirizzat ukoll jew minfloku mill-awtoritajiet kompetenti għas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data jew is-suġġetti tad-data u d-detenturi tad-data, fir-rigward tal-kwistjonijiet kollha relatati mas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data pprovduti. Ir-rappreżentant legali għandu jikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti għas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data u jurihom b’mod komprensiv, fuq talba, l-azzjonijiet meħuda u d-dispożizzjonijiet stabbiliti mill-fornitur għas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data biex tiġi żgurata l-konformità ma’ dan ir-Regolament.
Il-fornitur tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data għandu jitqies li huwa taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Istat Membru fejn ikun jinsab ir-rappreżentant legali. Id-deżinjazzjoni ta’ rappreżentant legali mill-fornitur ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data għandha tkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe azzjonijiet legali li tista’ titnieda kontra l-fornitur ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data.
4. Wara li jkun ippreżenta notifika skont il-paragrafu 1, il-fornitur tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data jista’ jibda l-attività soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati f’dan il-Kapitolu.
5. In-notifika msemmija fil-paragrafu 1 għandha tagħti d-dritt lill-fornitur tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data li jipprovdi servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data fl-Istati Membri kollha.
6. In-notifika msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
(a) | l-isem tal-fornitur tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data; |
(b) | l-istatus legali, il-forma, l-istruttura tas-sjieda, is-sussidjarji rilevanti u, fejn il-fornitur tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data ikun irreġistrat f’reġistru tal-kummerċ jew reġistru pubbliku nazzjonali simili ieħor, in-numru ta’ reġistrazzjoni; |
(c) | l-indirizz tal-istabbiliment ewlieni tal-fornitur tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data fl-Unjoni, jekk ikun hemm, u, fejn applikabbli, ta’ kwalunkwe fergħa sekondarja fi Stat Membru ieħor jew dik tar-rappreżentant legali; |
(d) | sit web pubbliku fejn tista’ tinstab informazzjoni sħiħa u aġġornata dwar il-fornituri tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data u l-attivitajiet, inkluż mill-inqas l-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (b), (c), u (f); |
(e) | il-persuni ta’ kuntatt u d-dettalji ta’ kuntatt tal-fornitur ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data; |
(f) | deskrizzjoni tas-servizz ta’ intermedjazzjoni tad-data li l-fornitur tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data biħsiebu jipprovdi, u indikazzjoni tal-kategoriji elenkati fl-Artikolu 10 li taħthom jaqa’ tali servizz; |
(g) | id-data stmata għall-bidu tal-attività, jekk differenti mid-data tan-notifika. |
7. L-awtorità kompetenti għas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data għandha tiżgura li l-proċedura ta’ notifika ma tkunx diskriminatorja u ma tfixkilx il-kompetizzjoni.
8. Fuq talba tal-fornitur ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data, l-awtorità kompetenti għas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data għandha, fi żmien ġimgħa min-notifika mimlija kif dovut u kompletament, toħroġ dikjarazzjoni standardizzata, li tikkonferma li l-fornitur ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data jkun issottometta n-notifika msemmija fil-paragrafu 1 u li n-notifika fiha l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 6.
9. Fuq it-talba tal-fornitur ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data, l-awtorità kompetenti għas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data għandha tikkonferma li l-fornitur tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data jikkonforma ma’ dan l-Artikolu u l-Artikoli 12. Malli jirċievi tali konferma, dak il-fornitur ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data jista’ juża t-tikketta “fornitur ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data rikonoxxut fl-Unjoni” fil-komunikazzjoni bil-miktub u bil-fomm tiegħu, kif ukoll logo komuni.
Sabiex jiġi żgurat li l-fornituri tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data rikonoxxuti fl-Unjoni jkunu identifikabbli faċilment madwar l-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi disinn għal-logo komuni. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data rikonoxxuti fl-Unjoni għandhom juru l-logo komuni b’mod ċar fuq kull pubblikazzjoni online u offline li tkun relatata mal-attivitajiet tagħhom ta’ intermedjazzjoni tad-data.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 33(2).
10. L-awtorità kompetenti għal servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data għandha tinnotifika lill-Kummissjoni b’kull notifika ġdida permezz ta’ mezzi elettroniċi, mingħajr dewmien. Il-Kummissjoni għandha żżomm u taġġorna regolarment reġistru pubbliku tal-fornituri kollha tas-servizzi tal-intermedjazzjoni tad-data li jipprovdu servizzi fl-Unjoni. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 6, il-punti (a), (b), (c), (d), (f) u (g)u (f)għandha tiġi ppublikata fir-reġistru pubbliku..
11. L-awtorità kompetenti għas-servizzi tal-intermedjazzjoni tad-data tista’ titlob tariffi għan-notifika, f’konformità mal-liġi nazzjonali. Dawn it-tariffi għandhom ikunu proporzjonati u oġġettivi u jkunu bbażati fuq il-kostijiet amministrattivi relatati mal-monitoraġġ tal-konformità u attivitajiet oħra ta’ kontroll tas-suq tal-awtorità kompetenti għas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data fir-rigward tan-notifiki lil fornituri tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data. Fl-każ ta’ SME’s u negozji ġodda,, l-awtorità kompetenti għas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data tista’ titlob tariffa skontata jew teżenthom mit-tariffa..
12. Il-fornituri tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti għas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data dwar kwalunkwe bidla fl-informazzjoni pprovduta skont il-paragrafu 6 fi żmien 14-il jum mill-jum li fih isseħħ il-bidla.
13. Meta fornitur ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data jwaqqaf l-attivitajiet tiegħu, huwa għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti rilevanti għas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data determinata skont il-paragrafi 1, 2 u 3 fi żmien 15-il jum.
14. L-awtorità kompetenti għas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data għandha tinnotifika lill-Kummissjoni dwar kull notifika msemmija fil-paragrafi 12 u 13, permezz ta’ mezzi elettroniċi, mingħajr dewmien. Il-Kummissjoni għandha taġġorna r-reġistru pubbliku tal-fornituri ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data fl-Unjoni kif xieraq.
Artikolu 17
Reġistri pubbliċi ta’ organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data
1. Kull awtorità kompetenti għar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data għandha żżomm u taġġorna regolarment reġistru pubbliku nazzjonali tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data.
2. Il-Kummissjoni għandha żżomm reġistru pubbliku tal-Unjoni tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data għal finijiet ta’ informazzjoni. Sakemm entità rreġistrata fir-reġistru pubbliku nazzjonali ta’ organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data f’konformità mal-Artikolu 18, tista’ tuża t-tikketta “organizzazzjoni tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data rikonoxxuta fl-Unjoni” fil-komunikazzjoni miktuba u mitkellma tagħha, kif ukoll logo komuni.
Sabiex jiġi żgurat li l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data jkunu jistgħu jiġu identifikati faċilment madwar l-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, disinn għal-logo komuni. L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data għandhom juru l-logo komuni b’mod ċar fuq kull pubblikazzjoni online u offline li tkun relatata mal-attivitajiet tagħhom tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data. Il-logo komuni għandu jkun akkumpanjat minn kodiċi QR b’link għar-reġistru pubbliku tal-Unjoni ta’ organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 33(2).
Artikolu 20
Rekwiżiti ta’ trasparenza
1. Organizzazzjoni rikonoxxuta tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data għandha żżomm rekords sħaħ u preċiżi dwar:
(a) | il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi kollha li ngħataw il-possibbiltà li jipproċessaw id-data miżmuma minn dik l-organizzazzjoni rikonoxxuta tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data, u d-dettalji ta’ kuntatt tagħhom; |
(b) | id-data jew it-tul ta’ żmien tal-ipproċessar ta’ data personali jew l-użu ta’ data mhux personali; |
(c) | l-iskop tal-ipproċessar kif iddikjarat mill-persuna fiżika jew ġuridika li ngħatat il-possibbiltà ta’ pproċessar; |
(d) | it-tariffi mħallsa minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jipproċessaw id-data, jekk ikun hemm. |
2. Organizzazzjoni rikonoxxuta tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data għandha tfassal u tittrażmetti lill-awtorità rilevanti kompetenti għar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data rapport annwali tal-attivitajiet li għandu jkun fih mill-inqas dan li ġej:
(a) | informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-organizzazzjoni rikonoxxuta tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data; |
(b) | deskrizzjoni tal-mod li bih l-objettivi ta’ interess ġenerali li għalihom inġabret id-data ġew promossi matul is-sena finanzjarja partikolari; |
(c) | lista tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha li tħallew jipproċessaw id-data li għandha, inkluż deskrizzjoni fil-qosor tal-objettivi ta’ interess ġenerali ta’ tali pproċessar tad-data u d-deskrizzjoni tal-mezzi tekniċi użati għalih, inkluż deskrizzjoni tat-tekniki użati għall-preservazzjoni tal-privatezza u l-protezzjoni tad-data; |
(d) | sommarju tar-riżultati tal-ipproċessar tad-data permess mill-organizzazzjoni rikonoxxuta tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data, fejn ikun applikabbli; |
(e) | informazzjoni dwar is-sorsi ta’ dħul tal-organizzazzjoni rikonoxxuta tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data, b’mod partikolari d-dħul kollu mill-permess tal-aċċess għad-data, u dwar l-infiq. |
whereas