keyboard_tab Cyber Resilience Act 2023/2841 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
- 1 Artikolu 5 Implimentazzjoni tal-miżuri
- 1 Artikolu 12 Konformità
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
KAPITOLU II
MIŻURI GĦAL LIVELL KOMUNI GĦOLI TA’ ĊIBERSIGURTÀ
KAPITOLU III
BORD INTERISTITUZZJONALI TAĊ-ĊIBERSIGURTÀ
KAPITOLU IV
CERT-UE
KAPITOLU V
OBBLIGI TA’ KOOPERAZZJONI U TA’ RAPPORTAR
KAPITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
- ta’ 46
- tal-unjoni 39
- skont 26
- taċ-ċibersigurtà 25
- l-artikolu 18
- għandu 17
- kkonċernata 13
- gwida 11
- ġestjoni 9
- inċidenti 9
- kbar 9
- l-iicb 9
- wara 8
- l-entitajiet 8
- biex 8
- tar-riskji 7
- ir-regolament 7
- lill-entità 6
- għandhom 6
- il-pjan 6
- meta 6
- għal 6
- tal-entità 5
- ċibernetiċi 5
- l-entità 5
- artikolu 5
- miżuri 5
- joħroġ 5
- tal-maturità 4
- rilevanti 4
- subparagrafu 4
- adottati 4
- interistituzzjonali 4
- l-artikoli 4
- jiġu 4
- identifikati 4
- stabbilit 4
- l-artikolu 4
- żmien 4
- tal-kriżijiet 4
- il-punt 4
- livell 4
- azzjoni 4
- entità 3
- taċ-Ċibersigurtà 3
- minn 3
- kull 3
- meħuda 3
- kapitolu 3
- tal-miżuri 3
Artikolu 5
Implimentazzjoni tal-miżuri
1. Sat-8 ta’ Settembru 2024, il-Bord Interistituzzjonali taċ-Ċibersigurtà stabbilit skont l-Artikolu 10 għandu, wara li jikkonsulta mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA) u wara li jirċievi gwida mis-CERT-UE, joħroġ linji gwida għall-entitajiet tal-Unjoni għall-fini li jwettqu rieżami inizjali taċ-ċibersigurtà u jistabbilixxu qafas intern għall-ġestjoni, il-governanza u l-kontroll tar-riskji taċ-ċibersigurtà skont l-Artikolu 6, iwettqu valutazzjonijiet tal-maturità taċ-ċibersigurtà skont l-Artikolu 7, jieħdu miżuri ta’ ġestjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà skont l-Artikolu 8, u jadottaw il-pjan taċ-ċibersigurtà skont l-Artikolu 9.
2. Meta jimplimentaw l-Artikoli 6 sa 9, l-entitajiet tal-Unjoni għandhom iqisu l-linji gwida msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, kif ukoll il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti adottati skont l-Artikoli 11 u 14.
Artikolu 5
Implimentazzjoni tal-miżuri
1. Sat-8 ta’ Settembru 2024, il-Bord Interistituzzjonali taċ-Ċibersigurtà stabbilit skont l-Artikolu 10 għandu, wara li jikkonsulta mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA) u wara li jirċievi gwida mis-CERT-UE, joħroġ linji gwida għall-entitajiet tal-Unjoni għall-fini li jwettqu rieżami inizjali taċ-ċibersigurtà u jistabbilixxu qafas intern għall-ġestjoni, il-governanza u l-kontroll tar-riskji taċ-ċibersigurtà skont l-Artikolu 6, iwettqu valutazzjonijiet tal-maturità taċ-ċibersigurtà skont l-Artikolu 7, jieħdu miżuri ta’ ġestjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà skont l-Artikolu 8, u jadottaw il-pjan taċ-ċibersigurtà skont l-Artikolu 9.
2. Meta jimplimentaw l-Artikoli 6 sa 9, l-entitajiet tal-Unjoni għandhom iqisu l-linji gwida msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, kif ukoll il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti adottati skont l-Artikoli 11 u 14.
Artikolu 9
Pjanijiet taċ-ċibersigurtà
1. Wara l-konklużjoni tal-valutazzjoni tal-maturità taċ-ċibersigurtà mwettqa skont l-Artikolu 7 u waqt li jitqiesu l-assi u r-riskji taċ-ċibersigurtà identifikati fil-Qafas kif ukoll il-miżuri tal-ġestjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà meħuda skont l-Artikolu 8, l-ogħla livell ta’ maniġment ta’ kull entità tal-Unjoni għandu japprova pjan taċ-ċibersigurtà mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ sat-8 ta’ Jannar 2026. il-pjan taċ-ċibersigurtà għandu jkollu l-għan li jżid iċ-ċibersigurtà kumplessiva tal-entità tal-Unjoni kkonċernata u b’hekk għandu jikkontribwixxi għat-titjib ta’ livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà fi ħdan l-entitajiet tal-Unjoni. il-pjan taċ-ċibersigurtà għandu mill-inqas jinkludi l-miżuri ta’ ġestjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà meħuda skont l-Artikolu 8. il-pjan taċ-ċibersigurtà għandu jiġi rrivedut kull sentejn, jew aktar ta’ spiss fejn neċessarju, wara l-valutazzjonijiet tal-maturità taċ-ċibersigurtà mwettqa skont l-Artikolu 7 jew wara kwalunkwe rieżami sostanzjali tal-Qafas.
2. il-pjan taċ-ċibersigurtà għandu jinkludi l-pjan ta’ ġestjoni tal-kriżijiet ċibernetiċi tal-entità tal-Unjoni għal inċidenti kbar.
3. L-entità tal-Unjoni għanda tissottometti l-pjan taċ-ċibersigurtà komplut lill-Bord Interistituzzjonali taċ-Ċibersigurtà stabbilit skont l-Artikolu 10.
KAPITOLU III
BORD INTERISTITUZZJONALI TAĊ-ĊIBERSIGURTÀ
Artikolu 12
Konformità
1. L-IICB, skont l-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 11, għandu jimmonitorja b’mod effettiv l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tal-linji gwida, tar-rakkomandazzjonijiet u tas-sejħiet għal azzjoni adottati mill-entitajiet tal-Unjoni. L-IICB jista’ jitlob l-informazzjoni jew id-dokumentazzjoni meħtieġa għal dak l-għan mill-entitajiet tal-Unjoni. Għall-fini tal-adozzjoni ta’ miżuri ta’ konformità skont dan l-Artikolu, meta l-entità tal-Unjoni kkonċernata tkun rappreżentata direttament fuq l-IICB, dik l-entità tal-Unjoni ma għandux ikollha drittijiet tal-vot.
2. Meta l-IICB isib li entità tal-Unjoni ma implimentatx b’mod effettiv dan ir-Regolament jew il-linji gwida, ir-rakkomandazzjonijiet jew is-sejħiet għal azzjoni maħruġa skont ir-Regolament, huwa jista’, mingħajr preġudizzju għall-proċeduri interni tal-entità tal-Unjoni kkonċernata, u wara li jagħti opportunità lill-entità tal-Unjoni kkonċernata biex tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha:
(a) | jikkomunika opinjoni motivata lill-entità tal-Unjoni kkonċernata dwar lakuni osservati fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament; |
(b) | jipprovdi, wara li jikkonsulta lis-CERT-UE, linji gwida lill-entità tal-Unjoni kkonċernata biex jiżgura li l-qafas, il-miżuri ta’ ġestjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà, il-pjanijiet taċ-ċibersigurtà u r-rapportar tagħha jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament f’perjodu ta’ żmien speċifikat; |
(c) | joħroġ twissija biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet identifikati f’perjodu ta’ żmien speċifikat, inklużi rakkomandazzjonijiet biex jiġu emendati miżuri adottati mill-entità tal-Unjoni kkonċernata skont dan ir-Regolament; |
(d) | joħroġ notifika motivata lill-entità tal-Unjoni kkonċernata, f’każ li n-nuqqasijiet identifikati fi twissija maħruġa skont il-punt (c) ma jkunux ġew indirizzati biżżejjed fil-perjodu ta’ żmien speċifikat; |
(e) | joħroġ:
|
(f) | jekk applikabbli, jinforma lill-Qorti tal-Awdituri, fl-ambitu tal-mandat tagħha, dwar l-allegata nonkonformità; |
(g) | joħroġ rakkomandazzjoni biex l-Istati Membri u l-entitajiet tal-Unjoni kollha jimplimentaw sospensjoni temporanja tal-flussi tad-data lill-entità tal-Unjoni kkonċernata. |
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (c), id-destinatarji ta’ twissija għandhom jiġu limitati b’mod xieraq, meta meħtieġ fid-dawl ta’ riskju taċ-ċibersigurtà.
It-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa skont l-ewwel subparagrafu għandhom ikunu diretti lejn l-ogħla livell ta’ maniġment tal-entità tal-Unjoni kkonċernata.
3. Meta l-IICB ikun adotta miżuri skont il-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) sa (g), l-entità tal-Unjoni kkonċernata għandha tipprovdi dettalji tal-miżuri u l-azzjonijiet meħuda biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet allegati identifikati mill-IICB. L-entità tal-Unjoni għandha tissottometti dawk id-dettalji fi żmien raġonevoli li għandu jiġi miftiehem mal-IICB.
4. Meta l-IICB iqis li hemm ksur kontinwu ta’ dan ir-Regolament minn entità tal-Unjoni li jirriżulta direttament minn azzjonijiet jew ommissjonijiet ta’ uffiċjal jew aġent ieħor tal-Unjoni, inkluż fl-ogħla livell tal-maniġment, l-IICB għandu jitlob li l-entità tal-Unjoni kkonċernata tieħu azzjoni xierqa, inkluż li jikkunsidra li jitlobha tieħu azzjoni ta’ natura dixxiplinarja, f’konformità mar-regoli u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal u f’xi regoli u proċeduri applikabbli oħra. Għal dak il-għan, l-IICB għandu jittrasferixxi l-informazzjoni meħtieġa lill-entità tal-Unjoni kkonċernata.
5. Meta l-entitajiet tal-Unjoni jinnotifikaw li ma jkunux jistgħu jissodisfaw l-iskadenzi stabbiliti fl-Artikolu 6(1) u fl-Artikolu 8(1), l-IICB jista’, f’każijiet debitament sostanzjati, filwaqt li jqis id-daqs tal-entità tal-Unjoni, jawtorizza l-estensjoni ta’ dawk l-iskadenzi.
KAPITOLU IV
CERT-UE
Artikolu 23
Ġestjoni ta’ inċidenti kbar
1. Sabiex jappoġġja fil-livell operazzjonali l-ġestjoni kkoordinata ta’ inċidenti kbar li jaffettwaw lill-entitajiet tal-Unjoni u biex jikkontribwixxi għall-iskambju regolari ta’ informazzjoni rilevanti fost l-entitajiet tal-Unjoni u mal-Istati Membri, l-IICB għandu, skont l-Artikolu 11, il-punt (q), jistabbilixxi pjan ta’ ġestjoni tal-kriżijiet ċibernetiċi bbażat fuq l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 22(2), f’kooperazzjoni mill-qrib mas-CERT-UE u l-ENISA. il-pjan ta’ ġestjoni tal-kriżijiet ċibernetiċi għandu jinkludi mill-inqas l-elementi li ġejjin:
(a) | arranġamenti li jikkonċernaw il-koordinazzjoni u l-fluss tal-informazzjoni fost l-entitajiet tal-Unjoni għall-ġestjoni ta’ inċidenti kbar fil-livell operazzjonali; |
(b) | proċeduri operattivi standard (SOPs) komuni; |
(c) | tassonomija komuni tas-severità ta’ inċidenti kbar u punti ta’ skattar ta’ kriżijiet; |
(d) | eżerċizzji regolari; |
(e) | kanali ta’ komunikazzjoni siguri li għandhom jintużaw. |
2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni fl-IICB għandu, soġġett għall-pjan ta’ ġestjoni tal-kriżijiet ċibernetiċi stabbilit skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 16(2), l-ewwel subparagrafu, tad-Direttiva (UE) 2022/2555, ikun il-punt ta’ kuntatt għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni rilevanti fir-rigward ta’ inċidenti kbar mal-EU-CyCLONe.
3. Is-CERT-UE għandu jikkoordina fost l-entitajiet tal-Unjoni l-ġestjoni ta’ inċidenti kbar. Għandu jżomm inventarju tal-għarfien espert tekniku disponibbli li jkun meħtieġ għar-rispons għal inċidenti fil-każ ta’ inċidenti kbar u jassisti lill-IICB fil-koordinazzjoni tal-pjanijiet ta’ ġestjoni ta’ kriżijiet ċibernetiċi tal-entitajiet tal-Unjoni għall-inċidenti kbar imsemmija fl-Artikolu 9(2a).
4. L-entitajiet tal-Unjoni għandhom jikkontribwixxu għall-inventarju ta’ għarfien espert tekniku billi jipprovdu lista aġġornata kull sena ta’ esperti disponibbli fl-organizzazzjonijiet rispettivi tagħhom bid-dettalji tal-ħiliet tekniċi speċifiċi tagħhom.
KAPITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
whereas