search


keyboard_tab Digital Governance Act 2022/0868 MT

BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf

2022/0868 MT cercato: 'soċjali' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl


expand index soċjali:

    KAPITOLU I
    Dispożizzjonijiet Ġenerali

    KAPITOLU II
    L-użu mill-ġdid ta’ ċerti kategoriji ta’ data protetta miżmuma minn korpi tas-settur pubbliku

    KAPITOLU III
    Rekwiżiti applikabbli għas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data

    KAPITOLU IV
    Altruwiżmu fir-rigward tad-data

    KAPITOLU V
    Awtoritajiet kompetenti u dispożizzjonijiet proċedurali

    KAPITOLU VI
    Bord Ewropew għall-Innovazzjoni fil-Qasam tad-Data

    Kapitolu VII
    Aċċess u trasferiment internazzjonali

    KAPITOLU VIII
    Proċedura ta’ delega u ta’ kumitat

    KAPITOLU IX
    Dispożizzjonijiet finali U TRANżIZZJONALI
  • 5 Artikolu 36 Emenda għar-Regolament (UE) 2018/1724


whereas soċjali:


definitions:


cloud tag: and the number of total unique words without stopwords is: 191

 

Artikolu 35

Evalwazzjoni u rieżami

Sal-24 ta’ Settembru 2025, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kif ukoll lill-Kumitat Ekonomiku u soċjali Ewropew. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn meħtieġ, minn proposti leġiżlattivi.

Ir-rapport għandu jivvaluta b’mod partikolari:

(a)

l-applikazzjoni u l-funzjonament tar-regoli dwar il-pieni stipulati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 34;

(b)

il-livell ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament tar-rappreżentanti legali tal-fornituri tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data u l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data li mhumiex stabbiliti fl-Unjoni u l-livell ta’ inforzabbiltà tal-pieni imposti fuq dawk il-fornituri u organizzazzjonijiet;

(c)

it-tip ta’ organizzazzjonijiet tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data rreġistrati skont il-Kapitolu IV u ħarsa ġenerali lejn l-objettivi ta’ interess ġenerali li għalihom tiġi kondiviża d-data bil-ħsieb li jiġu stabbiliti kriterji ċari f’dak ir-rigward.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa lill-Kummissjoni għat-tħejjija ta’ dak ir-rapport.

Artikolu 36

Emenda għar-Regolament (UE) 2018/1724

Fit-tabella fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/1724, l-entrata ‘‘Il-bidu, it-tmexxija u l-għeluq ta’ negozju’’ hija sostitwita b’dan li ġej:

Avvenimenti tal-ħajja

Proċeduri

Ir-riżultat mistenni soġġett għal valutazzjoni tal-applikazzjoni mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-liġi nazzjonali, fejn rilevanti

Il-bidu, it-tmexxija u l-għeluq ta’ negozju

Notifika tal-attività ta’ negozju, permess għall-eżerċizzju ta’ attività ta’ negozju, bidliet fl-attività ta’ negozju u t-terminazzjoni ta’ attività ta’ negozju li ma tinvolvix proċeduri ta’ insolvenza jew ta’ likwidazzjoni, bl-esklużjoni tar-reġistrazzjoni inizjali ta’ attività ta’ negozju mar-reġistru tan-negozji u minbarra l-proċeduri li jirrigwardaw il-kostituzzjoni ta’ kumpaniji jew ditti, jew kwalunkwe preżentazzjoni sussegwenti minnhom, skont it-tifsira tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 54 TFUE

Konferma tar-riċevuta tan-notifika jew bidla, jew tat-talba għal permess għal attività tan-negozju

 

Reġistrazzjoni ta’ impjegatur (persuna fiżika) mal-iskemi obbligatorji tal-pensjoni u tal-assigurazzjoni

Konferma tar-reġistrazzjoni jew in-numru ta’ reġistrazzjoni tas-sigurtà soċjali

Reġistrazzjoni ta’ impjegati mal-iskemi obbligatorji tal-pensjoni u tal-assigurazzjoni

Konferma tar-reġistrazzjoni jew in-numru ta’ reġistrazzjoni tas-sigurtà soċjali

Preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni tat-taxxa korporattiva

Konferma tal-irċevuta tad-dikjarazzjoni

Notifika lill-iskemi tas-sigurtà soċjali tat-tmiem ta’

Konferma tal-irċevuta tan-notifika

kuntratt ma’ impjegat, minbarra l-proċeduri għat-tmiem kollettiv tal-kuntratti tal-impjegati

Wasla jew forma oħra ta’ konferma ta’ pagament ta’

Pagament ta’ kontribuzzjonijiet soċjali għall-impjegati

kontribuzzjonijiet soċjali għall-impjegati

Notifika ta’ fornitur tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data

Konferma tal-wasla tan-notifika


whereas









keyboard_arrow_down