keyboard_tab Digital Governance Act 2022/0868 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
- 1 Artikolu 1 Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
- 1 Artikolu 2 Definizzjonijiet
- 1 Artikolu 7 Korpi kompetenti
- 1 Artikolu 12 Kondizzjonijiet għall-forniment tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data
- 1 Artikolu 15 Eċċezzjonijiet
- 2 Artikolu 21 Rekwiżiti speċifiċi għas-salvagwardja tad-drittijiet u tal-interessi tas-suġġetti tad-data u tad-detenturi tad-data fir-rigward tad-data tagħhom
- 3 Artikolu 29 Bord Ewropew għall-Innovazzjoni fil-Qasam tad-Data
KAPITOLU I
Dispożizzjonijiet Ġenerali
KAPITOLU II
L-użu mill-ġdid ta’ ċerti kategoriji ta’ data protetta miżmuma minn korpi tas-settur pubbliku
KAPITOLU III
Rekwiżiti applikabbli għas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data
KAPITOLU IV
Altruwiżmu fir-rigward tad-data
KAPITOLU V
Awtoritajiet kompetenti u dispożizzjonijiet proċedurali
KAPITOLU VI
Bord Ewropew għall-Innovazzjoni fil-Qasam tad-Data
Kapitolu VII
Aċċess u trasferiment internazzjonali
KAPITOLU VIII
Proċedura ta’ delega u ta’ kumitat
KAPITOLU IX
Dispożizzjonijiet finali U TRANżIZZJONALI
- ta’ 188
- tad-data 178
- dwar 50
- data 46
- ewropew 43
- fir-rigward 40
- minn 38
- intermedjazzjoni 37
- tal-kunsill 36
- tal-parlament 33
- personali 32
- għandu 30
- għal 28
- servizzi 24
- mhux 22
- tfisser 21
- tas-settur 21
- pubbliku 21
- tas-servizzi 19
- tal-unjoni 19
- tagħhom 19
- ir-regolament 18
- biex 17
- kompetenti 16
- korpi 16
- kummerċjali 16
- id-direttiva 16
- nazzjonali 16
- tal-altruwiżmu 15
- l-użu 15
- nru / 15
- mill-ġdid 15
- inkluż 14
- għandha 14
- //ke 14
- fejn 13
- aċċess 13
- skont 12
- il-fornitur 12
- mingħajr 11
- oħra 11
- ir-regolament 11
- b’mod 11
- kwalunkwe 11
- għall-ipproċessar 10
- ma’ 10
- rilevanti 10
- jagħtu 10
- dawk 10
- d-data 10
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi:
(a) | il-kondizzjonijiet għall-użu mill-ġdid, fl-Unjoni, ta’ ċerti kategoriji ta’ data miżmuma minn korpi tas-settur pubbliku; |
(b) | qafas ta’ notifika u superviżjoni għall-forniment ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data; |
(c) | qafas għar-reġistrazzjoni volontarja ta’ entitajiet li jiġbru u jipproċessaw id-data magħmula disponibbli għal finijiet altruwisti; u |
(d) | qafas għat-twaqqif ta’ Bord Ewropew għall-Innovazzjoni fil-Qasam tad-Data. |
2. Dan ir-Regolament ma joħloq ebda obbligu fuq il-korpi tas-settur pubbliku li jippermettu l-użu mill-ġdid tad-data, u lanqas ma jeħles lill-korpi tas-settur pubbliku mill-obbligi tagħhom ta’ kunfidenzjalità skont il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali.
Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għal:
(a) | dispożizzjonijiet speċifiċi fil-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali dwar l-aċċess għal jew l-użu mill-ġdid ta’ ċerti kategoriji ta’ data, b’mod partikolari fir-rigward tal-għoti ta’ aċċess għal dokumenti uffiċjali u d-divulgazzjoni tagħhom; u |
(b) | l-obbligi tal-korpi tas-settur pubbliku skont il-liġi tal-Unjoni jew liġi nazzjonali li tippermetti l-użu mill-ġdid tad-data jew għar-rekwiżiti relatati mal-ipproċessar ta’ data mhux personali. |
Fejn liġi tal-Unjoni jew liġi nazzjonali speċifika għas-settur tirrikjedi li korpi tas-settur pubbliku, fornituri ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data jew organizzazzjonijiet ta’ altruwiżmu fir-rigward tad-data rikonoxxuti jikkonformaw ma’ rekwiżiti tekniċi, amministrattivi jew organizzattivi addizzjonali speċifiċi, inkluż permezz ta’ reġim ta’ awtorizzazzjoni jew ċertifikazzjoni, għandhom japplikaw ukoll dawk id-dispożizzjonijiet ta’ dik il-liġi tal-Unjoni jew liġi nazzjonali speċifika għas-settur. Kwalunkwe rekwiżit addizzjonali speċifiku bħal dan għandu jkun nondiskriminatorju, proporzjonat u ġustifikat b’mod oġġettiv.
3. Il-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data personali għandhom japplikaw għal kwalunkwe data personali pproċessata b’rabta ma’ dan ir-Regolament. B’mod partikolari, dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għar-Regolamenti (UE) 2016/679, (UE) 2018/1725 u d-Direttivi 2002/58/KE u (UE) 2016/680, inkluż fir-rigward tas-setgħat u l-kompetenzi tal-awtoritajiet superviżorji. Fil-każ ta’ kunflitt bejn dan ir-Regolament u l-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali jew liġi nazzjonali adottata f’konformità ma’ tali liġi tal-Unjoni, għandha tipprevali l-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali rilevanti. Dan ir-Regolament ma joħloqx bażi legali għall-ipproċessar ta’ data personali u ma jbiddel l-ebda dritt u obbligu stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/679 jew (UE) 2018/1725 jew fid-Direttivi 2002/58/KE jew (UE) 2016/680.
4. Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-liġi dwar il-kompetizzjoni.
5. Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Istati Membri fir-rigward tal-attivitajiet tagħhom li jikkonċernaw is-sigurtà pubblika, id-difiża u s-sigurtà nazzjonali.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) | “data” tfisser kwalunkwe rappreżentazzjoni diġitali ta’ atti, fatti jew informazzjoni u kwalunkwe kompilazzjoni ta’ tali atti, fatti jew informazzjoni, inkluż fil-forma ta’ reġistrazzjoni awdjo, viżiva jew awdjoviżiva; |
(2) | “użu mill-ġdid” tfisser l-użu minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi ta’ data miżmuma minn korpi tas-settur pubbliku, għal skopijiet kummerċjali jew mhux kummerċjali minbarra l-iskop inizjali fi ħdan il-kompitu pubbliku li għalih tkun ġiet prodotta d-data; ħlief għall-iskambju ta’ data bejn korpi tas-settur pubbliku purament fit-twettiq tal-kompiti pubbliċi tagħhom; |
(3) | “data personali” tfisser data personali kif definita fl-Artikolu 4, il-punt (1), tar-Regolament (UE) 2016/679; |
(4) | “data mhux personali” tfisser data li mhijiex data personali; |
(5) | “kunsens” tfisser kunsens kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (11), tar-Regolament (UE) 2016/679; |
(6) | “permess” tfisser li l-utenti tad-data jingħataw id-dritt għall-ipproċessar ta’ data mhux personali; |
(7) | “suġġett tad-data” tfisser suġġett tad-data kif imsemmi fl-Artikolu 4, il-punt (1), tar-Regolament (UE) 2016/679; |
(8) | “detentur tad-data” tfisser persuna ġuridika, inklużi korpi tas-settur pubbliku u organizzazzjonijiet internazzjonali, jew persuna fiżika li mhijiex suġġett tad-data fir-rigward tad-data speċifika inkwistjoni, li, f’konformità mal-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali applikabbli, għandha d-dritt li tagħti aċċess għal jew tikkondividi ċerta data personali jew data mhux personali; |
(9) | “utent tad-data” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li jkollha aċċess legali għal ċerta data personali jew mhux personali u jkollha d-dritt, inkluż fl-ambitu tar-Regolament (UE) 2016/679 fil-każ ta’ data personali, li tuża dik id-data għal skopijiet kummerċjali jew mhux kummerċjali; |
(10) | “kondiviżjoni tad-data” tfisser il-forniment ta’ data minn suġġett jew detentur tad-data lil utent tad-data għall-iskop ta’ użu konġunt jew individwali ta’ tali data, abbażi ta’ ftehimiet volontarji jew tal-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali, direttament jew permezz ta’ intermedjarju, pereżempju skont liċenzji miftuħa jew kummerċjali soġġetti għal tariffa jew mingħajr ħlas; |
(11) | “servizz ta’ intermedjazzjoni tad-data” tfisser servizz, li għandu l-għan li jistabbilixxi relazzjonijiet kummerċjali għall-finijiet ta’ kondiviżjoni tad-data bejn għadd mhux determinat ta’ suġġetti tad-data u detenturi tad-data minn naħa, u utenti tad-data min-naħa l-oħra, permezz ta’ mezzi tekniċi, legali jew oħrajn, inkluż għall-finijiet tal-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data fir-rigward ta’ data personali, bl-eżklużjoni ta’ mill-inqas dawn li ġejjin:
|
(12) | “ipproċessar” tfisser ipproċessar kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2016/679 fir-rigward tad-data personali jew l-Artikolu 3, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2018/1807 fir-rigward tad-data mhux personali; |
(13) | “aċċess” tfisser użu tad-data, f’konformità ma’ rekwiżiti tekniċi, legali jew organizzattivi speċifiċi, mingħajr ma neċessarjament jimplika t-trażmissjoni jew it-tniżżil ta’ data; |
(14) | “stabbiliment ewlieni” ta’ persuna ġuridika tfisser il-post tal-amministrazzjoni ċentrali tagħha fl-Unjoni; |
(15) | “servizzi ta’ kooperattivi tad-data” tfisser servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data offruti minn struttura organizzattiva kostitwita minn suġġetti tad-data, impriżi b’persuna waħda jew SMEs li jkunu membri ta’ dik l-istruttura, li jkollha bħala l-objettivi ewlenin tagħha li tappoġġa lill-membri tagħha fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom fir-rigward ta’ ċerta data, inkluż fir-rigward tad-dritt li jagħmlu għażliet infurmati qabel ma jagħtu l-kunsens għall-ipproċessar tad-data u li jkollhom skambju ta’ fehmiet dwar finijiet u kondizzjonijiet tal-ipproċessar tad-data li jirrappreżentaw bl-aħjar mod l-interessi tal-membri tagħha b’rabta mad-data tagħhom, u li tinnegozja t-termini u l-kondizzjonijiet għall-ipproċessar tad-data f’isem il-membri tagħha qabel ma jagħtu l-permess għall-ipproċessar tad-data mhux personali jew qabel ma jagħtu l-kunsens għall-ipproċessar tad-data personali; |
(16) | “altruwiżmu fir-rigward tad-data” tfisser il-kondiviżjoni volontarja tad-data abbażi tal-kunsens mogħti mis-suġġetti tad-data għall-ipproċessar tad-data personali li tappartjeni għalihom, jew permessi ta’ detenturi tad-data biex jippermettu l-użu tad-data mhux personali tagħhom mingħajr ma jfittxu jew jirċievu premju li jmur lil hinn minn kumpens relatat mal-ispejjeż li jġarrbu meta jagħmlu d-data tagħhom disponibbli għal objettivi ta’ interess ġenerali kif previst fil-liġi nazzjonali, fejn applikabbli, bħall-kura tas-saħħa, il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, it-titjib tal-mobbiltà, l-iffaċilitar tal-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta’ statistika uffiċjali, it-titjib tal-forniment tas-servizzi pubbliċi, it-tfassil tal-politika pubblika jew finijiet ta’ riċerka xjentifika fl-interess ġenerali; |
(17) | “korp tas-settur pubbliku” tfisser l-awtoritajiet tal-Istat, reġjonali jew lokali, il-korpi regolati mil-liġi pubblika jew l-assoċjazzjonijiet iffurmati minn tali awtorità waħda jew aktar jew tali korp wieħed jew aktar irregolati mil-liġi pubblika; |
(18) | “korpi regolati mil-liġi pubblika” tfisser korpi li għandhom il-karatteristiċi li ġejjin:
|
(19) | “impriża pubblika” tfisser kwalunkwe impriża li fuqha l-korpi tas-settur pubbliku jistgħu jeżerċitaw influwenza dominanti direttament jew indirettament permezz tas-sjieda li għandhom tagħha, il-parteċipazzjoni finanzjarja tagħhom fiha, jew ir-regoli li jirregolawha; għall-iskop ta’ din id-definizzjoni, influwenza dominanti min-naħa tal-korpi tas-settur pubbliku għandha tkun preżunta fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin li fihom dawk il-korpi, direttament jew indirettament:
|
(20) | “ambjent tal-ipproċessar sigur” tfisser l-ambjent fiżiku jew virtwali u l-mezzi organizzattivi biex tiġi żgurata l-konformità mal-liġi tal-Unjoni bħar-Regolament (UE) 2016/679, b’mod partikolari fir-rigward tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data, id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, u l-kunfidenzjalità, l-integrità u l-aċċessibbiltà kummerċjali u tal-istatistika, kif ukoll mal-liġi applikabbli nazzjonali, u li jippermettu lill-entità li tipprovdi l-ambjent tal-ipproċessar sigur tiddetermina u tissorvelja l-azzjonijiet kollha tal-ipproċessar tad-data, inkluż il-wiri, il-ħżin, it-tniżżil, u l-esportazzjoni ta’ data u l-kalkolu ta’ data derivattiva permezz ta’ algoritmi komputazzjonali; |
(21) | “rappreżentant legali” tfisser persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni maħtura b’mod espliċitu biex taġixxi f’isem fornitur ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data jew entità li tiġbor id-data għal objettivi ta’ interess ġenerali magħmula disponibbli minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi abbażi tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data mhux stabbilita fl-Unjoni, li tista’ tiġi indirizzata mill-awtoritajiet kompetenti għal servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data u l-awtoritajiet kompetenti għar-reġistrazzjoni ta’ organizzazzjonijiet ta’ altruwiżmu fir-rigward tad-data minbarra jew minflok il-fornitur tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data jew entità fir-rigward tal-obbligi skont dan ir-Regolament, inkluż fir-rigward tat-tnedija ta’ proċedimenti ta’ infurzar kontra fornitur jew entità ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni ta’ data li ma jkunx konformi mhux stabbiliti fl-Unjoni. |
KAPITOLU II
L-użu mill-ġdid ta’ ċerti kategoriji ta’ data protetta miżmuma minn korpi tas-settur pubbliku
Artikolu 7
Korpi kompetenti
1. Għall-fini tat-twettiq tal-kompiti msemmija f’dan l-Artikolu, kull Stat Membru għandu jaħtar korp kompetenti wieħed jew aktar, li jistgħu jkunu kompetenti għal setturi partikolari, biex jassistu lill-korpi tas-settur pubbliku li jagħtu jew jirrifjutaw l-aċċess għall-użu mill-ġdid tal-kategoriji ta’ data msemmija fl-Artikolu 3(1). L-Istati Membri jistgħu istabbilixxu korp kompetenti ġdid wieħed jew aktar jew jużaw korpi eżistenti tas-settur pubbliku jew servizzi interni ta’ korpi tas-settur pubbliku li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti minn dan ir-Regolament.
2. Il-korpi kompetenti jistgħu jingħataw is-setgħa li jagħtu aċċess għall-użu mill-ġdid tal-kategoriji ta’ data msemmija fl-Artikolu 3(1) skont il-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali li tipprovdi li tali aċċess jingħata,. Fejn jagħtu jew jirrifjutaw aċċess għall-użu mill-ġdid, l-Artikoli 4, 5, 6 u 9 għandhom japplikaw għal dawk il-korpi kompetenti.
3. Il-korpi kompetenti għandu jkollhom riżorsi legali, finanzjarji, tekniċi u umani adegwati biex iwettqu l-kompiti assenjati lilhom, inkluż l-għarfien tekniku meħtieġ biex ikunu jistgħu jikkonformaw mal-liġi rilevanti tal-Unjoni jew nazzjonali dwar ir-reġimi ta’ aċċess għall-kategoriji ta’ data msemmija fl-Artikolu 3(1).
4. L-assistenza prevista fil-paragrafu 1 għandu jinkludi, fejn meħtieġ:
(a) | l-għoti ta’ appoġġ tekniku billi jsir disponibbli ambjent ta’ pproċessar sikur għall-għoti ta’ aċċess għall-użu mill-ġdid tad-data; |
(b) | l-għoti ta’ gwida u appoġġ tekniku dwar kif l-aħjar tiġi strutturata u maħżuna d-data biex dik id-data tkun aċċessibbli faċilment; |
(c) | l-għoti ta’ appoġġ tekniku għall-psewdonimizzazzjoni u l-iżgurar tal-ipproċessar tad-data b’mod li jiġu ppreżervati b’mod effettiv il-privatezza, il-kunfidenzjalità, l-integrità u l-aċċessibbiltà tal-informazzjoni li tinsab fid-data li għaliha huwa permess l-użu mill-ġdid, inklużi tekniki għall-anonimizzazzjoni, il-ġeneralizzazzjoni, is-soppressjoni, u l-każwalizzazzjoni ta’ data personali jew metodi oħra tal-ogħla żvilupp tekniku għall-preservazzjoni tal-privatezza, u t-tħassir ta’ informazzjoni kummerċjalment kunfidenzjali, inklużi sigriet kummerċjali jew kontenut protett bid-drittijiet tal-proprjetà intellettwali; |
(d) | jassistu lill-korpi tas-settur pubbliku fejn rilevanti, biex jipprovdu appoġġ lill-utenti mill-ġdid meta jitolbu kunsens għall-użu mill-ġdid mis-suġġetti tad-data jew permess mid-detenturi tad-data f’konformità mad-deċiżjonijiet speċifiċi tagħhom, inkluż dwar il-ġuriżdizzjoni jew ġuriżdizzjonijiet li fihom ikun maħsub li ser isir l-ipproċessar tad-data u jassistu lill-korpi tas-settur pubbliku fl-istabbiliment ta’ mekkaniżmi tekniċi li jippermettu t-trażmissjoni ta’ talbiet għal kunsens jew permess minn utenti mill-ġdid, fejn dan ikun prattikament fattibbli; |
(e) | l-għoti ta’ assistenza lill-korpi tas-settur pubbliku fil-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-impenji kuntrattwali magħmula minn utent mill-ġdid, skont l-Artikolu 5(10). |
5. Kull Stati Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar l-identità tal-korpi kompetenti maħtura skont il-paragrafu 1 sal-24 ta’ Settembru 2023. Kull Stat Membru għandu jinnotifika ukoll lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe modifika sussegwenti tal-identità ta’ dawk il-korpi kompetenti.
Artikolu 12
Kondizzjonijiet għall-forniment tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data
Il-forniment tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data msemmija fl-Artikolu 10 għandu jkun soġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) | il-fornitur tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data ma għandux juża d-data li għaliha jipprovdi servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data għal skopijiet oħra ħlief li jpoġġiha għad-dispożizzjoni tal-utenti tad-data u għandu jipprovdi servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data permezz ta’ persuna ġuridika separata; |
(b) | it-termini kummerċjali, inkluż l-ipprezzar, għall-forniment ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data lil detentur tad-data jew utent tad-data ma għandhomx ikunu dipendenti minn jekk id-detentur tad-data jew l-utent tad-data jużawx servizzi oħra pprovduti mill-istess fornitur ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data jew minn entità relatata, u jekk dan ikun il-każ safejn id-detentur tad-data jew l-utent tad-data jużaw tali servizzi oħra; |
(c) | id-data miġbura fir-rigward ta’ kwalunkwe attività ta’ persuna fiżika jew ġuridika għall-finijiet tal-forniment ta’ servizz ta’ intermedjazzjoni tad-data, inklużi d-data, il-ħin u d-data tal-ġeolokalizzazzjoni, id-durata tal-attività u l-konnessjonijiet ma’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħra stabbiliti mill-persuna li tuża s-servizz ta’ intermedjazzjoni tad-data, għandha tintuża biss għall-iżvilupp ta’ dak is-servizz ta’ intermedjazzjoni tad-data, li jista’ jinkludi l-użu ta’ data għas-sejba ta’ frodi jew għaċ-ċibersigurtà, u għandha ssir disponibbli għad-detenturi tad-data fuq talba; |
(d) | il-fornitur tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data għandu jiffaċilita l-iskambju tad-data fil-format li fih jirċievi d-data mingħand suġġett tad-data jew detentur tad-data għandu jikkonverti d-data f’formati speċifiċi biss biex itejjeb l-interoperabbiltà fis-setturi u bejniethom jew jekk mitlub mill-utent tad-data jew meta jkun awtorizzat mil-liġi tal-Unjoni jew biex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni ma’ standards tad-data internazzjonali jew Ewropej u għandu joffri possibbiltà ta’ nonparteċipazzjoni fir-rigward ta’ dawk il-konverżjonijiet lis-suġġetti tad-data jew lid-detenturi tad-data, sakemm il-konverżjoni ma tkunx obbligatorja skont il-liġi tal-Unjoni; |
(e) | is-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data jistgħu jinkludu l-offerta ta’ għodod u servizzi speċifiċi addizzjonali lid-detenturi tad-data jew lis-suġġetti tad-data għall-fini speċifika li jiġi ffaċilitat l-iskambju tad-data, bħal pereżempju l-ħżin temporanju, il-konservazzjoni, il-konverżjoni, l-anonimizzazzjoni, il-psewdonimizzazzjoni; dawk l-għodod u servizzi għandhom jintużaw biss fuq it-talba jew l-approvazzjoni espliċita tad-detentur tad-data jew is-suġġett tad-data u l-għodod ta’ partijiet terzi offruti f’dak il-kuntest ma għandhomx jużaw id-data għal finijiet oħra; |
(f) | il-fornitur tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data għandu jiżgura li l-proċedura għall-aċċess għas-servizz tiegħu tkun ġusta, trasparenti u mhux diskriminatorja kemm għas-suġġetti tad-data u d-detenturi tad-data kif ukoll għall-utenti tad-data, inkluż fir-rigward tal-prezzijiet u t-termini tas-servizz; |
(g) | il-fornitur tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data għandu jkollu fis-seħħ proċeduri li jipprevjenu prattiki frodulenti jew abbużivi fir-rigward tal-partijiet li jkunu qed ifittxu aċċess permezz tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data tiegħu; |
(h) | il-fornitur ta’ servizz ta’ intermedjazzjoni tad-data għandu, f’każ li jkun insolventi, jiżgura kontinwità raġonevoli tal-forniment tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data tiegħu u, fejn tali servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data jiżguraw il-ħżin tad-data, huwa għandu jkollu mekkaniżmi fis-seħħ li jippermettu lid-detenturi tad-data u lill-utenti tad-data jiksbu aċċess għad-data tagħhom, jittrasferuha jew jirkuprawha u, fejn tali servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data huma pprovduti bejn suġġetti tad-data u utenti tad-data, jippermetti lis-suġġetti tad-data jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom; |
(i) | il-fornitur tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data għandu jieħu miżuri xierqa biex jiżgura l-interoperabbiltà ma’ servizzi oħra ta’ intermedjazzjoni tad-data, inter alia, permezz ta’ standards miftuħa użati komunement fis-settur li fih jopera l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni tad-data; |
(j) | il-fornitur ta’ servizz ta’ intermedjazzjoni tad-data għandu jistabbilixxi miżuri tekniċi, legali u organizzattivi adegwati sabiex jipprevjeni t-trasferiment jew l-aċċess għal data mhux personali li tkun illegali skont il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru rilevanti; |
(k) | il-fornitur tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data għandu jinforma lid-detenturi tad-data mingħajr dewmien f’każ ta’ trasferiment, aċċess jew użu mhux awtorizzat tad-data mhux personali li jkun ikkondivida; |
(l) | il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni tad-data għandu jieħu miżuri biex jiżgura livell xieraq ta’ sigurtà għall-ħżin, l-ipproċessar u t-trażmissjoni ta’ data mhux personali, u l-fornitur tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data għandu jiżgura wkoll l-ogħla livell ta’ sigurtà għall-ħżin u t-trażmissjoni ta’ informazzjoni sensittiva b’rabta mal-kompetizzjoni; |
(m) | il-fornitur tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data li joffri servizzi lis-suġġetti tad-data għandu jaġixxi fl-aħjar interess tas-suġġetti tad-data meta jiffaċilita l-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom, b’mod partikolari billi jinforma u, fejn xieraq, jagħti pariri lis-suġġetti tad-data b’mod konċiż, trasparenti, intelliġibbli u faċilment aċċessibbli dwar l-użu maħsub tad-data mill-utenti tad-data u t-termini u l-kondizzjonijiet standard marbuta ma’ tali użi, qabel ma s-suġġetti tad-data jagħtu l-kunsens; |
(n) | meta fornitur tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data jipprovdi għodod għall-ksib ta’ kunsens minn suġġetti tad-data jew permessi għall-ipproċessar ta’ data magħmula disponibbli minn detenturi tad-data, huwa għandu, fejn rilevanti, jispeċifika l-ġuriżdizzjoni ta pajjiż terz li fiha ikun maħsub li ser isir l-użu tad-data u jipprovdi lis-suġġetti tad-data bl-għodod biex jagħtu kif ukoll jirtiraw il-kunsens u lid-detenturi tad-data bl-għodod biex jagħtu kif ukoll jirtiraw il-permessi għall-ipproċessar tad-data; |
(o) | il-fornitur tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data għandu jżomm reġistru tal-attività tal-intermedjazzjoni tad-data. |
Artikolu 15
Eċċezzjonijiet
Dan il-Kapitolu ma għandux japplika għal organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data jew entitajiet oħra mingħajr skop ta’ qligħ sa fejn l-attivitajiet tagħhom jikkonsistu li jfittxu li jiġbru data għal objettivi ta’ interess ġenerali, magħmula disponibbli minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi abbażi tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data, sakemm dawk l-organizzazzjonijiet u l-entitajiet ma jkollhomx l-għan li jistabbilixxu relazzjonijiet kummerċjali bejn għadd indeterminat ta’ suġġetti tad-data u detenturi tad-data, minn naħa waħda, u l-utenti tad-data, min-naħa l-oħra.
KAPITOLU IV
Altruwiżmu fir-rigward tad-data
Artikolu 21
Rekwiżiti speċifiċi għas-salvagwardja tad-drittijiet u tal-interessi tas-suġġetti tad-data u tad-detenturi tad-data fir-rigward tad-data tagħhom
1. Organizzazzjoni rikonoxxuta tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data għandha tinforma lis-suġġetti tad-data u lid-detenturi tad-data qabel kwalunkwe pproċessar tad-data tagħhom b’mod ċar u faċli li jinftiehem dwar:
(a) | l-objettivi ta’ interess ġenerali u, jekk applikabbli, l-iskop speċifikat, espliċitu u leġittimu li għalih għandha tiġi pproċessata d-data personali, u li għalihom hija tippermetti l-ipproċessar tad-data tagħha minn utent tad-data; |
(b) | il-post u l-objettivi ta’ interess ġenerali li għalihom tippermetti kwalunkwe pproċessar imwettaq f’pajjiż terz, fejn l-ipproċessar jitwettaq mill-organizzazzjoni rikonoxxuta tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data. |
2. L-organizzazzjoni rikonoxxuta tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data ma għandhiex tuża d-data għal objettivi oħra għajr dawk ta’ interess ġenerali li għalihom is-suġġett tad-data jew id-detentur tad-data jippermetti l-ipproċessar. L-organizzazzjoni rikonoxxuta tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data ma għandhiex tuża prattiki kummerċjali qarrieqa għas-solleċitazzjoni tal-forniment ta’ data.
3. L-organizzazzjoni rikonoxxuta tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data għandha tipprovdi għodod biex jinkiseb il-kunsens mis-suġġetti tad-data jew permessi għall-ipproċessar tad-data magħmula disponibbli mid-detenturi tad-data. L-organizzazzjoni rikonoxxuta tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data għandha tipprovdi wkoll għodod sabiex tali kunsens jew permess jiġi rtirat faċilment.
4. L-organizzazzjoni rikonoxxuta tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data għandha tieħu miżuri biex tiżgura livell xieraq ta’ sigurtà għall-ħżin u l-ipproċessar ta’ data mhux personali li tkun ġabret abbażi tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data.
5. L-organizzazzjoni rikonoxxuta tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data għandha tinforma mingħajr dewmien lid-detenturi tad-data f’każ ta’ kwalunkwe trasferiment, aċċess jew użu mhux awtorizzat tad-data mhux personali li tkun ikkondividiet.
6. Meta l-organizzazzjoni rikonoxxuta tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data tiffaċilita l-ipproċessar tad-data minn partijiet terzi, inkluż billi tipprovdi għodod għall-ksib ta’ kunsens minn suġġetti tad-data jew permessi biex tiġi pproċessata data magħmula disponibbli minn detenturi tad-data, hija għandha, fejn ikun rilevanti, tispeċifika l-ġuriżdizzjoni ta’ pajjiż terz li fiha jkun maħsub li jsir l-użu tad-data.
Artikolu 29
Bord Ewropew għall-Innovazzjoni fil-Qasam tad-Data
1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Bord Ewropew għall-Innovazzjoni fil-Qasam tad-Data fil-forma ta’ grupp ta’ esperti, magħmul minn rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti għas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data u l-awtoritajiet kompetenti għar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data tal- Istati Membri kollha, il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, l-ENISA, il-Kummissjoni, ir-Rappreżentant tal-UE għall-SMEs jew rappreżentant maħtur min-network tar-rappreżentanti tal-SMEs, u rappreżentanti oħra tal-korpi rilevanti f’setturi speċifiċi kif ukoll korpi b’għarfien espert speċifiku. Meta taħtar esperti individwali, il-Kummissjoni għandu jkollha l-għan li tikseb bilanċ bejn il-ġeneri u bilanċ ġeografiku fost il-membri tal-grupp ta’ esperti.
2. Il-Bord Ewropew għall-Innovazzjoni fil-qasam tad-Data għandu jikkonsisti minn tal-inqas mit-tliet subgruppi li ġejjin:
(a) | subgrupp magħmul mill-awtoritajiet kompetenti għas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data u l-awtoritajiet kompetenti għar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data, bil-ħsieb li jitwettqu l-kompetenti skont l-Artikolu 30, il-punti (a), (c), (j) u (k); |
(b) | subgrupp għal diskussjonijiet tekniċi dwar l-istandardizzazzjoni, il-portabbiltà u l-interoperabbiltà skont l-Artikolu 30, il-punti (f) u (g); |
(c) | subgrupp għall-involviment tal-partijiet ikkonċernati magħmul minn rappreżentanti rilevanti mill-industrija, ir-riċerka, id-dinja akkademika, is-soċjetà ċivili, l-organizzazzjonijiet tal-istandardizzazzjoni, l-ispazji komuni Ewropej tad-data rilevanti u l-partijiet ikkonċernati u l-partijiet terzi l-oħra rilevanti li jagħtu pariri lill-Bord Ewropew għall-Innovazzjoni fil-qasam tad-Data dwar il-kompiti skont l-Artikolu 30, il-punti (d), (e), (f), (g) u (h). |
3. Il-Kummissjoni għandha tippresiedi l-laqgħat tal-Bord Ewropew għall-Innovazzjoni fil-qasam tad-Data.
4. Il-Bord Ewropew għall-Innovazzjoni fil-qasam tad-Data għandu jkollu l-għajnuna ta’ segretarjat ipprovdut mill-Kummissjoni.
Artikolu 38
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-24 ta’ Settembru 2023.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Mejju 2022.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
B. LE MAIRE
(1) ĠU C 286, 16.7.2021, p. 38.
(2) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ April 2022 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Mejju 2022.
(3) Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).
(4) Id-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 45).
(5) Ir-Regolament (UE) 2019/1239 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi sistema ta’ Single Window Marittima Ewropea u li jħassar id-Direttiva 2010/65/UE, (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 64).
(6) Ir-Regolament (UE) 2020/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2020 dwar l-informazzjoni elettronika dwar it-trasport tal-merkanzija (ĠU L 249, 31.7.2020, p. 33).
(7) Id-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar il-qafas għall-varar ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma’ modi oħrajn ta’ trasport. (ĠU L 207, 6.8.2010, p. 1).
(8) Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).
(9) Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).
(10) Ir-Regolament (UE) 2018/1807 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar qafas għall-moviment liberu ta’ data mhux personali fl-Unjoni Ewropa. (ĠU L 303, 28.11.2018, p. 59).
(11) Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (“Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku”) (ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1).
(12) Id-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni. (ĠU L 167, 22.6.2001, p. 10).
(13) Id-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 45).
(14) Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).
(15) Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).
(16) Id-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni ta’ konoxxenza u ta’ informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom. (ĠU L 157, 15.6.2016, p. 1).
(17) Id-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar ċerti aspetti tal-liġi dwar il-kumpaniji (ĠU L 169, 30.6.2017, p. 46).
(18) Id-Direttiva (UE) 2019/790 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-Suq Uniku Diġitali u li temenda d-Direttivi 96/9/KE u 2001/29/KE. (ĠU L 130, 17.5.2019, p. 92).
(19) Id-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar id-data miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 172, 26.6.2019, p. 56).
(20) Id-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, u li temenda d-Direttiva 2004/17/KE u d-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 216, 20.8.2009, p. 76).
(21) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(22) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(23) Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).
(24) Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).
(25) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 557/2013 tas-17 ta’ Ġunju 2013 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Istatistika Ewropea fir-rigward tal-aċċess għal data kunfidenzjali għal għanijiet xjentifiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 831/2002 (ĠU L 164, 18.6.2013, p. 16).
(26) Id-Direttiva 96/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 1996 dwar il-protezzjoni legali ta’ databases (ĠU L 77, 27.3.1996, p. 20).
(27) Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84)
(28) Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35).
(29) Ir-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi gateway diġitali unika li tipprovdi aċċess għal informazzjoni, għal proċeduri u għas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 1).
(30) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(31) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(32) Id-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi u tal-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku (ĠU L 327, 2.12.2016, p. 1).
(33) Id-Direttiva (UE) 2019/882 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar ir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 70).