keyboard_tab Digital Governance Act 2022/0868 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
- 3 Artikolu 14 Monitoraġġ tal-konformità
- 1 Artikolu 24 Monitoraġġ tal-konformità
KAPITOLU I
Dispożizzjonijiet Ġenerali
KAPITOLU II
L-użu mill-ġdid ta’ ċerti kategoriji ta’ data protetta miżmuma minn korpi tas-settur pubbliku
KAPITOLU III
Rekwiżiti applikabbli għas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data
KAPITOLU IV
Altruwiżmu fir-rigward tad-data
KAPITOLU V
Awtoritajiet kompetenti u dispożizzjonijiet proċedurali
KAPITOLU VI
Bord Ewropew għall-Innovazzjoni fil-Qasam tad-Data
Kapitolu VII
Aċċess u trasferiment internazzjonali
KAPITOLU VIII
Proċedura ta’ delega u ta’ kumitat
KAPITOLU IX
Dispożizzjonijiet finali U TRANżIZZJONALI
- ta’ 64
- tad-data 61
- intermedjazzjoni 34
- kompetenti 32
- fir-rigward 27
- tal-altruwiżmu 25
- għandha 17
- servizzi 14
- għas-servizzi 13
- għar-reġistrazzjoni 13
- tal-organizzazzjonijiet 12
- l-awtorità 11
- tkun 11
- legali 9
- rikonoxxuti 9
- minn 9
- talba 9
- għal 9
- membru 8
- organizzazzjonijiet 8
- il-kapitolu 7
- informazzjoni 7
- kwalunkwe 7
- għandhom 7
- għandu 7
- stat 6
- ir-rappreżentant 6
- biex 6
- skont 6
- żmien 6
- tas-servizzi 6
- wieħed 5
- l-awtoritajiet 5
- meta 5
- jkollha 5
- ma’ 5
- l-awtoritajiet 5
- hija 5
- l-konformità 5
- s-setgħa 4
- fornitur 4
- motivata 4
- awtorità 4
- assistenza 4
- membri 4
- tas-servizz 4
- titlob 4
- mar-rekwiżiti 4
- meħtieġa 4
- il-konformità 4
Artikolu 14
Monitoraġġ tal-konformità
1. L-awtoritajiet kompetenti għal servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data għandhom jimmonitorjaw u jissorveljaw il-konformità tal-fornituri tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data mar-rekwiżiti ta’ dan il-Kapitolu. L-awtoritajiet kompetenti għas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data jistgħu wkoll jimmonitorjaw u jissorveljaw il-konformità tal-fornituri tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data abbażi ta’ talba minn persuna fiżika jew ġuridika.
2. L-awtoritajiet kompetenti għal servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data għandu jkollhom is-setgħa li jitolbu mingħand il-fornituri tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data jew ir-rappreżentanti legali tagħhom l-informazzjoni kollha li hija meħtieġa biex jivverifikaw il-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan il-Kapitolu. Kwalunkwe talba għal informazzjoni għandha tkun proporzjonata għat-twettiq tal-kompitu u għandha tkun motivata.
3. Fejn l-awtorità kompetenti għal servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data ssib li fornitur ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data ma jikkonformax ma’ wieħed jew aktar mir-rekwiżiti ta’ dan il-Kapitolu, hija għandha tinnotifika lil dak il-fornitur tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data b’dawk is-sejbiet u tagħtih l-opportunità li jistqarr il-fehmiet tiegħu, fi żmien 30 jum minn meta tasal in-notifika.
4. L-awtorità kompetenti għas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data għandu jkollha s-setgħa li tirrikjedi l-waqfien tal-ksur imsemmi fil-paragrafu 3 f’limitu ta’ żmien raġonevoli jew immedjatament fil-każ ta’ ksur serju, u għandha tieħu miżuri xierqa u proporzjonati bl-għan li tiżgura l-konformità. F’dak ir-rigward, l-awtorità kompetenti għas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data għandu jkollha s-setgħa, fejn ikun xieraq:
(a) | li timponi, permezz ta’ proċeduri amministrattivi, penali finanzjarji dissważivi, li jistgħu jinkludu penali perjodiċi u penali b’effett retroattiv, li jibdew proċedimenti legali għall-impożizzjoni ta’ multi, jew it-tnejn li huma; |
(b) | li tirrikjedi posponiment tal-bidu, jew sospensjoni tal-forniment tas-servizz tal-intermedjazzjoni tad-data sakemm issir kwalunkwe bidla għall-kondizzjonijiet mitluba mill-awtorità kompetenti għas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data; jew |
(c) | li tirrikjedi l-waqfien tal-forniment tas-servizz tal-intermedjazzjoni tad-data, f’każ li ksur serju jew ripetut ma jkunx ġie rrimedjat minkejja notifika minn qabel f’konformità mal-paragrafu 3. |
L-awtorità kompetenti għas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data għandha titlob lill-Kummissjoni tneħħi lill-fornitur tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data mir-reġistru tal-fornituri ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data ladarba tkun ordnat il-waqfien tal-provvista tas-servizz ta’ intermedjazzjoni tad-data f’konformità mal-ewwel subparagrafu, il-punt (c).
Jekk fornitur ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data jirrimedja l-ksur, dak il-fornitur ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data għandu jinnotifika mill-ġdid lill-awtorità kompetenti għal servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data. L-awtorità kompetenti għal servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data għandha tinnotifika lill-Kummissjoni dwar kull notifika mill-ġdid ġdida li ssir.
5. Meta fornitur ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data li mhuwiex stabbilit fl-Unjoni jonqos milli jaħtar rappreżentant legali jew ir-rappreżentant legali jonqos, fuq talba tal-awtorità kompetenti għas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data, milli jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa li b’mod komprensiv turi l-konformità ma’ dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti għas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data għandu jkollha s-setgħa li tipposponi l-bidu tal-provvista tas-servizz ta’ intermedjazzjoni tad-data jew li tissospendiha sakemm jiġi maħtur ir-rappreżentant legali jew tiġi pprovduta l-informazzjoni neċessarja.
6. L-awtoritajiet kompetenti għas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data għandhom jinnotifikaw lill-fornitur tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data bil-miżuri imposti skont il-paragrafi 4 u 5 u r-raġunijiet li fuqhom huma bbażati, kif ukoll il-passi meħtieġa li għandhom jittieħdu biex jiġu kkoreġuti n-nuqqasijiet rilevanti mingħajr dewmien, u għandhom jistipulaw perijodu raġonevoli, li ma għandux ikun itwal minn 30 jum, biex il-fornitur għas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data jikkonforma ma’ dawk il-miżuri.
7. Jekk fornitur ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data jkollu l-istabbiliment ewlieni jew ir-rappreżentant legali tiegħu fi Stat Membru, iżda jipprovdi servizzi fi Stati Membri oħra, l-awtorità kompetenti għas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data tal-Istat Membru tal-istabbiliment prinċipali jew ta’ fejn jinsab ir-rappreżentant legali u l-awtoritajiet kompetenti għas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data ta’ dawk l-Istati Membri l-oħra għandhom jikkooperaw u jassistu lil xulxin. Tali assistenza u kooperazzjoni jistgħu jkopru skambji ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti għas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data kkonċernati għall-finijiet tal-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament u talbiet motivati biex jittieħdu l-miżuri msemmija f’dan l-Artikolu.
Meta awtorità kompetenti għal servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data fi Stat Membru wieħed titlob assistenza minn awtorità kompetenti għal servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data fi Stat Membru ieħor, hija għandha tippreżenta talba motivata. L-awtorità kompetenti għas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data għandha, meta tirċievi tali talba, tipprovdi tweġiba mingħajr dewmien u f’perijodu ta’ żmien proporzjonat mal-urġenza tat-talba.
Kwalunkwe informazzjoni skambjata fil-kuntest tal-assistenza mitluba u mogħtija skont dan il-paragrafu għandha tintuża biss fir-rigward tal-kwistjoni li għaliha tkun intalbet.
Artikolu 24
Monitoraġġ tal-konformità
1. L-awtoritajiet kompetenti għar-reġistrazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data għandhom jimmonitorjaw u jissorveljaw il-konformità tal- organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data mar-rekwiżiti stipulati f’dan il-Kapitolu. L-awtorità kompetenti għar-reġistrazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data tista’ wkoll timmonitorja u tissorvelja l-konformità ta’ tali organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data, abbażi ta’ talba minn persuni fiżika jew ġuridika.
2. L-awtoritajiet kompetenti għar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data għandu jkollhom is-setgħa li jitolbu informazzjoni minn ‘ organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data li tkun meħtieġa biex tiġi vverifikata l-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan il-Kapitolu. Kwalunkwe talba għal informazzjoni għandha tkun proporzjonata għat-twettiq tal-kompitu u għandha tkun motivata.
3. Fejn l-awtorità kompetenti għar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data ssib li organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data ma tikkonformax ma’ wieħed jew aktar mir-rekwiżiti ta’ dan il-Kapitolu, hija għandha tinnotifika lill-organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data b’dawk is-sejbiet u tagħtiha l-opportunità li tiddikjara l-fehmiet tagħha, fi żmien 30 jum minn meta tkun irċeviet in-notifika.
4. L-awtorità kompetenti għar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data għandu jkollha s-setgħa li titlob il-waqfien tal-ksur imsemmi fil-paragrafu 3 immedjatament jew f’limitu ta’ żmien raġonevoli u għandha tieħu miżuri xierqa u proporzjonati bil-għan li tiżgura l-konformità.
5. Jekk organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data ma tikkonformax ma’ wieħed jew aktar mir-rekwiżiti ta’ dan il-Kapitolu anke wara li tkun ġiet notifikata f’konformità mal-paragrafu 3 mill-awtorità kompetenti għar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data, dik l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data għandha:
(a) | titlef id-dritt tagħha li tuża t-tikketta “organizzazzjoni rikonoxxuta tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data fl-Unjoni” fi kwalunkwe komunikazzjoni miktuba u mitkellma; |
(b) | titneħħa mir-reġistru pubbliku nazzjonali rilevanti tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data, u mir-reġistru pubbliku tal-Unjoni tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data. |
Kwalunkwe deċiżjoni li tirrevoka d-dritt li tintuża t-tikketta “organizzazzjoni tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data rikonoxxuta fl-Unjoni” skont l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), għandha ssir pubblika mill-awtorità kompetenti għar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data
6. Jekk organizzazzjoni rikonoxxuta tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data jkollha l-istabbiliment ewlieni jew ir-rappreżentant legali tagħha fi Stat Membru iżda tkun attiva fi Stati Membri oħra, l-awtorità kompetenti għar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data tal-Istat Membru tal-istabbiliment ewlieni jew fejn jinsab ir-rappreżentant legali u l-awtoritajiet kompetenti għar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data ta’ dawk l-Istati Membri l-oħra għandhom jikkooperaw u jassistu lil xulxin. Tali assistenza u kooperazzjoni jistgħu jkopru skambji ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti għar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data kkonċernati għall-finijiet tal-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament u talbiet motivati biex jittieħdu l-miżuri msemmija f’dan l-Artikolu.
Meta awtorità kompetenti għar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data fi Stat Membru wieħed titlob assistenza minn awtorità kompetenti għar-reġistrazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data fi Stat Membru ieħor, hija għandha tippreżenta talba motivata. L-awtorità kompetenti għar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data, malli tirċievi tali talba, għandha tipprovdi tweġiba mingħajr dewmien u f’perijodu ta’ żmien proporzjonat mal-urġenza tat-talba.
Kwalunkwe informazzjoni skambjata fil-kuntest tal-assistenza mitluba u mogħtija skont dan il-paragrafu għandha tintuża biss fir-rigward tal-kwistjoni li għaliha tkun intalbet.
whereas