search


keyboard_tab Digital Governance Act 2022/0868 MT

BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf

2022/0868 MT cercato: '   l-istati' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl


expand index    l-istati:

    KAPITOLU I
    Dispożizzjonijiet Ġenerali

    KAPITOLU II
    L-użu mill-ġdid ta’ ċerti kategoriji ta’ data protetta miżmuma minn korpi tas-settur pubbliku

    KAPITOLU III
    Rekwiżiti applikabbli għas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data

    KAPITOLU IV
    Altruwiżmu fir-rigward tad-data

    KAPITOLU V
    Awtoritajiet kompetenti u dispożizzjonijiet proċedurali

    KAPITOLU VI
    Bord Ewropew għall-Innovazzjoni fil-Qasam tad-Data

    Kapitolu VII
    Aċċess u trasferiment internazzjonali

    KAPITOLU VIII
    Proċedura ta’ delega u ta’ kumitat

    KAPITOLU IX
    Dispożizzjonijiet finali U TRANżIZZJONALI


whereas    l-istati:


definitions:


cloud tag: and the number of total unique words without stopwords is: 231

 

Artikolu 8

Punti uniċi ta’ informazzjoni

1.   l-istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 5 u 6 tkun disponibbli u faċilment aċċessibbli permezz ta’ punt uniku ta’ informazzjoni L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu korp ġdid jew jaħtru korp jew struttura eżistenti bħala l-punt uniku ta’ informazzjoni. Il-punt uniku ta’ informazzjoni jista’ jkun ikkollegat ma’ punti ta’ informazzjoni settorjali, reġjonali jew lokali. Il-funzjonijiet tal-punt uniku ta’ informazzjoni jistgħu jkunu awtomatizzati dment li il-korp tas-settur pubbliku jiżgura appoġġ adegwat.

2.   Il-punt uniku ta’ informazzjoni għandu jkun kompetenti biex jirċievi mistoqsijiet jew talbiet għall-użu mill-ġdid tal-kategoriji ta’ data msemmija fl-Artikolu 3(1) u għandu jittrażmettihom, meta jkun possibbli u xieraq b’mezzi awtomatizzati, lill-korpi kompetenti tas-settur pubbliku, jew lill-korpi kompetenti msemmija fl-Artikolu 7(1), fejn ikun rilevanti. Il-punt uniku ta’ informazzjoni għandu jagħmel disponibbli b’mezzi elettroniċi lista ta’ assi li jistgħu jiġu mfittxija li jkun fiha ħarsa ġenerali lejn ir-riżorsi kollha disponibbli tad-data, inkluż, fejn ikun rilevanti, dawk ir-riżorsi tad-data li huma disponibbli f’punti ta’ informazzjoni settorjali, reġjonali jew lokali, bl-informazzjoni rilevanti li tiddeskrivi d-data disponibbli, inkluż mill-inqas il-format u d-daqs tad-data u l-kondizzjonijiet għall-użu mill-ġdid tagħhom.

3.   Il-punt uniku ta’ informazzjoni jista’ jistabbilixxi mezz ta’ informazzjoni separat, simplifikat u dokumentat sew għall-SMEs u għan-negozji ġodda, filwaqt li jindirizza l-ħtiġijiet u l-kapaċitajiet tagħhom li jitolbu l-użu mill-ġdid tal-kategoriji ta’ data msemmija fl-Artikolu 3(1).

4.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi punt uniku ta’ aċċess Ewropew li joffri reġistru elettroniku tad-data li jista’ jsir tiftix fih u li jkun disponibbli fil-punti uniċi ta’ informazzjoni nazzjonali u aktar informazzjoni dwar kif tista’ tintalab id-data permezz ta’ dawk il-punti uniċi nazzjonali ta’ informazzjoni.

Artikolu 34

Pieni

1.   l-istati Membri għandhom jistipulaw ir-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tal-obbligi rigward it-trasferimenti ta’ data mhux personali lil pajjiżi terzi skont l-Artikolu 5(14) u l-Artikolu 31, l-obbligu ta’ notifika tal-fornituri tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data li jinnotifikaw skont l-Artikolu 11, il-kondizzjonijiet biex jiġu pprovduti servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data skont l-Artikolu 12, u l-kondizzjonijiet għar-reġistrazzjoni bħala organizzazzjoni rikonoxxuta tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data skont l-Artikoli 18, 20, 21 u 21 u għadhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Fir-regoli tagħhom dwar il-pieni, l-Istati Membri għandhom iqisu r-rakkomandazzjonijiet tal-Bord Ewropew għall-Innovazzjoni fil-Qasam tad-Data. Sal-24 ta’ Settembru 2023, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk ir-regoli u dwar dawk il-miżuri u għandhom jinnotifikawha, mingħajr dewmien, bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

2.   l-istati Membri għandhom iqisu l-kriterji mhux eżawrjenti u indikattivi li ġejjin għall-impożizzjoni ta’ pieni fuq fornituri tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data u organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data għal ksur ta’ dan ir-Regolament, fejn xieraq:

(a)

in-natura, il-gravità, l-iskala u t-tul ta’ żmien tal-ksur;

(b)

kwalunkwe azzjoni meħuda mill-fornitur tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data jew l-organizzazzjoni rikonoxxuta tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data biex jiġi mmitigat jew rimedjat id-dannu kkawżat mill-ksur;

(c)

kwalunkwe ksur preċedenti mill-fornitur tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data jew l-organizzazzjoni rikonoxxuta tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data;

(d)

il-benefiċċji finanzjarji miksuba jew it-telf evitat mill-fornitur tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data jew l-organizzazzjoni rikonoxxuta tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data minħabba l-ksur, sa fejn tali benefiċċji jew telf ikun jista’ jiġi stabbilit b’mod affidabbli;

(e)

kwalunkwe fattur aggravanti jew mitiganti ieħor applikabbli għaċ-ċirkostanzi tal-każ.


whereas









keyboard_arrow_down