keyboard_tab Digital Governance Act 2022/0868 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
- 1 Artikolu 22 Ġabra ta’ regoli
- 2 Artikolu 35 Evalwazzjoni u rieżami
KAPITOLU I
Dispożizzjonijiet Ġenerali
KAPITOLU II
L-użu mill-ġdid ta’ ċerti kategoriji ta’ data protetta miżmuma minn korpi tas-settur pubbliku
KAPITOLU III
Rekwiżiti applikabbli għas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data
KAPITOLU IV
Altruwiżmu fir-rigward tad-data
KAPITOLU V
Awtoritajiet kompetenti u dispożizzjonijiet proċedurali
KAPITOLU VI
Bord Ewropew għall-Innovazzjoni fil-Qasam tad-Data
Kapitolu VII
Aċċess u trasferiment internazzjonali
KAPITOLU VIII
Proċedura ta’ delega u ta’ kumitat
KAPITOLU IX
Dispożizzjonijiet finali U TRANżIZZJONALI
- ta’ 20
- tad-data 18
- dwar 9
- fir-rigward 9
- tal-altruwiżmu 7
- ir-rapport 6
- ir-regolament 5
- organizzazzjonijiet 4
- biex 4
- ġenerali 4
- evalwazzjoni 4
- skont 4
- ewropew 4
- jiġi 4
- għandha 4
- membri 4
- għandu 4
- stabbiliti 4
- tar-regoli 4
- b’mod 3
- jiġu 3
- il-livell 3
- kondiviża 3
- artikolu 3
- d-data 3
- rilevanti 3
- ukoll 3
- lejn 2
- ħarsa 2
- l-objettivi 2
- interess 2
- għalihom 2
- il-kapitolu 2
- tiġi 2
- rreġistrati 2
- it-tip 2
- il-fornituri 2
- ir-rigward 2
- bil-ħsieb 2
- rekwiżiti 2
- ikkonċernati 2
- sigurtà 2
- l-użu 2
- jingħata 2
- d-detenturi 2
- s-suġġetti 2
- żgurat 2
- xierqa 2
- regoli 2
- kriterji 2
Artikolu 35
Evalwazzjoni u rieżami
Sal-24 ta’ Settembru 2025, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kif ukoll lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn meħtieġ, minn proposti leġiżlattivi.
Ir-rapport għandu jivvaluta b’mod partikolari:
(a) | l-applikazzjoni u l-funzjonament tar-regoli dwar il-pieni stipulati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 34; |
(b) | il-livell ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament tar-rappreżentanti legali tal-fornituri tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data u l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data li mhumiex stabbiliti fl-Unjoni u l-livell ta’ inforzabbiltà tal-pieni imposti fuq dawk il-fornituri u organizzazzjonijiet; |
(c) | it-tip ta’ organizzazzjonijiet tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data rreġistrati skont il-Kapitolu IV u ħarsa ġenerali lejn l-objettivi ta’ interess ġenerali li għalihom tiġi kondiviża d-data bil-ħsieb li jiġu stabbiliti kriterji ċari f’dak ir-rigward. |
L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa lill-Kummissjoni għat-tħejjija ta’ dak ir-rapport.
Artikolu 22
Ġabra ta’ regoli
1. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 32, li jissupplementaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu ġabra ta’ regoli, li tistipula:
(a) | rekwiżiti ta’ informazzjoni xierqa biex jiġi żgurat li s-suġġetti tad-data u d-detenturi tad-data u jiġu pprovduti, qabel ma jingħata kunsens jew permess għall-altruwiżmu fir-rigward tad-data, b’informazzjoni dettaljata, ċara u trasparenti biżżejjed dwar l-użu tad-data, l-għodod għall-għoti u l-irtirar tal-kunsens jew tal-permess, u l-miżuri meħuda biex jiġi evitat l-użu ħażin tad-data kondiviża mal-organizzazzjoni tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data; |
(b) | rekwiżiti tekniċi u ta’ sigurtà xierqa biex jiġi żgurat il-livell xieraq ta’ sigurtà għall-ħżin u l-ipproċessar tad-data, kif ukoll għall-għodod biex jingħata u jiġi rtirat il-kunsens jew il-permess; |
(c) | pjanijiet direzzjonali ta’ komunikazzjoni li jieħdu approċċ multidixxiplinari għas-sensibilizzazzjoni dwar l-altruwiżmu fir-rigward tad-data, dwar il-ħatra bħala “organizzazzjoni tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data rikonoxxuta fl-Unjoni” u dwar il-ġabra tar-regoli fost il-partijiet ikkonċernati rilevanti, b’mod partikolari d-detenturi tad-data u s-suġġetti tad-data li potenzjalment jikkondividu d-data tagħhom; |
(d) | rakkomandazzjonijiet dwar l-istandards rilevanti tal-interoperabbiltà. |
2. Il-ġabra tar-regoli msemmija fil-paragrafu 1 għandha titħejja f’kooperazzjoni mill-qrib mal-organizzazzjonijiet tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti.

whereas