keyboard_tab Digital Governance Act 2022/0868 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
- 2 Artikolu 24 Monitoraġġ tal-konformità
KAPITOLU I
Dispożizzjonijiet Ġenerali
KAPITOLU II
L-użu mill-ġdid ta’ ċerti kategoriji ta’ data protetta miżmuma minn korpi tas-settur pubbliku
KAPITOLU III
Rekwiżiti applikabbli għas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data
KAPITOLU IV
Altruwiżmu fir-rigward tad-data
KAPITOLU V
Awtoritajiet kompetenti u dispożizzjonijiet proċedurali
KAPITOLU VI
Bord Ewropew għall-Innovazzjoni fil-Qasam tad-Data
Kapitolu VII
Aċċess u trasferiment internazzjonali
KAPITOLU VIII
Proċedura ta’ delega u ta’ kumitat
KAPITOLU IX
Dispożizzjonijiet finali U TRANżIZZJONALI
- fir-rigward 52
- tal-altruwiżmu 50
- tad-data 50
- kompetenti 26
- għar-reġistrazzjoni 26
- tal-organizzazzjonijiet 24
- ta’ 24
- rikonoxxuti 18
- għandha 16
- organizzazzjonijiet 16
- tkun 14
- membru 8
- informazzjoni 8
- kwalunkwe 8
- minn 8
- talba 8
- il-kapitolu 8
- l-awtorità 8
- tagħha 6
- żmien 6
- wieħed 6
- l-konformità 6
- stat 6
- rikonoxxuta 6
- skont 6
- motivata 4
- “organizzazzjoni 4
- tikkonformax 4
- ma’ 4
- pubbliku 4
- aktar 4
- hija 4
- mir-reġistru 4
- fl-unjoni” 4
- meta 4
- mill-awtorità 4
- jkollha 4
- t-tikketta 4
- titlob 4
- assistenza 4
- l-awtoritajiet 4
- ewlieni 4
- ir-rappreżentant 4
- jekk 4
- legali 4
- membri 4
- tintuża 4
- mir-rekwiżiti 4
- mar-rekwiżiti 4
- għandu 4
Artikolu 24
Monitoraġġ tal-konformità
1. L-awtoritajiet kompetenti għar-reġistrazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data għandhom jimmonitorjaw u jissorveljaw il-konformità tal- organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data mar-rekwiżiti stipulati f’dan il-Kapitolu. L-awtorità kompetenti għar-reġistrazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data tista’ wkoll timmonitorja u tissorvelja l-konformità ta’ tali organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data, abbażi ta’ talba minn persuni fiżika jew ġuridika.
2. L-awtoritajiet kompetenti għar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data għandu jkollhom is-setgħa li jitolbu informazzjoni minn ‘ organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data li tkun meħtieġa biex tiġi vverifikata l-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan il-Kapitolu. Kwalunkwe talba għal informazzjoni għandha tkun proporzjonata għat-twettiq tal-kompitu u għandha tkun motivata.
3. Fejn l-awtorità kompetenti għar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data ssib li organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data ma tikkonformax ma’ wieħed jew aktar mir-rekwiżiti ta’ dan il-Kapitolu, hija għandha tinnotifika lill-organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data b’dawk is-sejbiet u tagħtiha l-opportunità li tiddikjara l-fehmiet tagħha, fi żmien 30 jum minn meta tkun irċeviet in-notifika.
4. L-awtorità kompetenti għar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data għandu jkollha s-setgħa li titlob il-waqfien tal-ksur imsemmi fil-paragrafu 3 immedjatament jew f’limitu ta’ żmien raġonevoli u għandha tieħu miżuri xierqa u proporzjonati bil-għan li tiżgura l-konformità.
5. Jekk organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data ma tikkonformax ma’ wieħed jew aktar mir-rekwiżiti ta’ dan il-Kapitolu anke wara li tkun ġiet notifikata f’konformità mal-paragrafu 3 mill-awtorità kompetenti għar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data, dik l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data għandha:
(a) | titlef id-dritt tagħha li tuża t-tikketta “organizzazzjoni rikonoxxuta tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data fl-Unjoni” fi kwalunkwe komunikazzjoni miktuba u mitkellma; |
(b) | titneħħa mir-reġistru pubbliku nazzjonali rilevanti tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data, u mir-reġistru pubbliku tal-Unjoni tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data. |
Kwalunkwe deċiżjoni li tirrevoka d-dritt li tintuża t-tikketta “organizzazzjoni tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data rikonoxxuta fl-Unjoni” skont l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), għandha ssir pubblika mill-awtorità kompetenti għar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data
6. Jekk organizzazzjoni rikonoxxuta tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data jkollha l-istabbiliment ewlieni jew ir-rappreżentant legali tagħha fi Stat Membru iżda tkun attiva fi Stati Membri oħra, l-awtorità kompetenti għar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data tal-Istat Membru tal-istabbiliment ewlieni jew fejn jinsab ir-rappreżentant legali u l-awtoritajiet kompetenti għar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data ta’ dawk l-Istati Membri l-oħra għandhom jikkooperaw u jassistu lil xulxin. Tali assistenza u kooperazzjoni jistgħu jkopru skambji ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti għar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data kkonċernati għall-finijiet tal-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament u talbiet motivati biex jittieħdu l-miżuri msemmija f’dan l-Artikolu.
Meta awtorità kompetenti għar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data fi Stat Membru wieħed titlob assistenza minn awtorità kompetenti għar-reġistrazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data fi Stat Membru ieħor, hija għandha tippreżenta talba motivata. L-awtorità kompetenti għar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data, malli tirċievi tali talba, għandha tipprovdi tweġiba mingħajr dewmien u f’perijodu ta’ żmien proporzjonat mal-urġenza tat-talba.
Kwalunkwe informazzjoni skambjata fil-kuntest tal-assistenza mitluba u mogħtija skont dan il-paragrafu għandha tintuża biss fir-rigward tal-kwistjoni li għaliha tkun intalbet.

whereas